Fl-okkażjoni ta’ World Earth Day għandna niftakru dwar il-bżonn li nkunu aktar konxji dwar l-importanza tal-ambjent madwarna u l-bżonn li bħala pajjiż inkomplu ninvestu fih sabiex inkunu nistgħu ngħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Fi stqarrija, iffirmata mill-Kelliem għall-Ambjent Robert Cutjar, il-Partit Nazzjonalista appella lill-awtoritajiet u lill-poplu Malti inġenerali sabiex nifhmu li aħna lkoll flimkien għandna responsabbilta’ li nagħmlu kulma nistgħu sabiex nipproteġu l-ambjent għaliex dan huwa obbligu kollettiv ta’ kulħadd. Dan billi l-ambjent f’pajjiżna mhux biss nieħdu ħsiebu biex ingawduh illum iżda wkoll billi jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet sabiex inħallu ambjent aħjar lill-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Il-Partit Nazzjonalista qal li hu kommess li jkompli jħares ukoll lejn l-isfida li ġġibilna l-emerġenza tat-tibdil fil-klima u se tkompli tkun fuq quddiemnett sabiex inkomplu nassiguraw li nkomplu nressqu proposti u inizjattivi li jkunu sostenibbli u innovattivi sabiex nippreżervaw, nissalvagwardjaw u ntejbu l-ambjent ta’ madwarna. Dan għaliex il-viżjoni soċjo-ekonomika tal-Partit Nazzjonalista se tinbena fuq it-tisħiħ tal-ambjent tagħna, dak urban, naturali, personali u rurali.
Għalhekk il-Partit Nazzjonalista ġedded l-impenn sħiħ tiegħu sabiex jibqa’ jaħdem viċin l-għaqdiet ambjentali u l-komunita’ inġenerali sabiex anke’ fil-qasam ambjentali, pajjiżna jibda paġna ġdida, kemm għal-lum u anke’ għall-ġejjieni li jrid jinbena mill-ġdid madwar il-ġid komuni, bl-ambjent fil-qalba tiegħu.
//= $special ?>