Basketball Sport

Bernard Vassallo ntgħażel bħala referee fit-2021 FIBA EuroBasket Women Finals

(Ritratt: Bernard Vassallo)

Ir-referee Malti b’eperjenza twila fl-isport tal-basketball, Bernard Vassallo, ntgħażel sabiex jkun wieħed mir-referees fit-2021 FIBA EuroBasket Women Finals li se jsiru fi Strassburgu u Valencia. Din se tkun it-38 edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni u se ssir bejn is-17 u s-27 ta’ Ġunju.

Din se tkun it-tieni esperjenza għal Vassallo f’dan it-turnament, hekk kif fl-2011 kien ukoll intgħażel biex jirrefja xi partiti mit-turnament organizzat fil-Polonja. Apparti dan, Vassallo kien ukoll referee f’diversi kompetizzjonijiet tal-Basketball internazzjonali fosthom fil-‘Women Euro League Final 8’ kif ukoll irrefja għaxar partiti fil-British Basketball League fl-2014.