Futbol Sport

Bilbao mhux se tospita partiti mill-EURO 2020

Il-Belt ta’ Bilbao mhux se tkun qed tospita’ l-erba’ partiti li kellha pjanati fl-istadium San Mames, hek kif huwa diffiċli ferm li jkunu jistgħu jidħlu l-partitarji fl-istadium. L-awtoritajiet ta’ Bilbao insistew li diversi miżuri stretti marbuta mal-pandemijia iridu jiġu mħarsa.

Nhar it-Tnejn, il-UEFA tat ċans sal-Ġimgħa biex l-ibliet ta’ Dublin, Bilbao, u Munich jiġbru l-informazzjoni u jippreżentawha quddiem il-UEFA. Madanakollu, l-organizzaturi f’Bilbao irċivew komunikazzjoni l-Erbgħa fejn għarfithom li l-istadium u l-belt ta’ Bilbao, m’humiex se jkunu qed jospitaw partiti mill-EURO 2020.

Minkejja dan, l-organizzaturi f’Bilbao saħqu li se jkunu qed jieħdu parir legali wara li ntefqu madwar €1.2miljun sabiex jkunu organizzati l-partiti.

Id-deċiżjoni finali tal-UEFA, dwar fejn se jkunu qed jintlagħbu l-partiti kollha mistennija tittieħed għada.