Lokali Qorti

Biżżejjed provi biex it-tifla tar-rispett ta’ Darren Debono u eks uffiċjal ta’ bank jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża

Il-Qorti ddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex it-tifla tar-rispett tal-ex-futboler internazzjonali Malti Darren Debono u eks uffiċjal ta’ bank ta’ livell għoli, jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża għal allegati reati ħasil ta’ flus.. Id-deċiżjoni ngħatat kontra Florinda Sultana (ritratt) u Albert Buttigieg, wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew proċeduri kriminali kontrihom minħabba l-involviment tagħhom f’numru ta’ entitajiet kummerċjali li joperaw dak li kien il-Porticello, li llum huwa r-ristorant Scoglitti fil-Belt Valletta u Capo Mulini f’Marsaxlokk.

Il-Perit Daniel Micallef, wieħed mid-diretturi li jmexxu l-fergħa tal-arkitettura u d-disinn f’XYZ Ltd, xehed dwar id-diversi applikazzjonijiet ta’ ppjanar li l-kumpanija kienet issottomettiet f’isem ir-ristorant tal-Belt Valletta li kien ikkuissjona servizzi professjonali għal dawn l-aħħar tmien snin.

Mistoqsi mill-prosekuzzjoni min kien immaniġġja il-komunikazzjoni f’isem ir-restorant, Micallef qal li normalment kienu Debono jew Sultana, li huwa identifika fil-qorti. Rappreżentant tal-Awtorità tal-Ippjanar ippreżenta numru ta’ dokumenti relattivi għaż-żewġ ristoranti, inkluża applikazzjoni fl-2020 minn Buttigieg, f’isem Luzzu Catering Ltd b’rabta ma’ Capo Mulini, li kienet ġiet sospiża.

Melania Brincat, il-kuġina ta’ Sultana, li ħadmet fil-World Water Fisheries Ltd sal-2017, ikkonfermat li l-kumpanija kienet immexxija minn Darren Debono u spjegat li xogħolha kien li tieħu ħsieb il-kunsinni tal-ħut lil lukandi, ħwienet u stabbilimenti oħra tal-catering.

Ix-xhud qalet li r-raġel tagħha, Jermain Brincat, ħadem part-time f’Capo Mulini taħt il-gwida ta’ Buttigieg, li hi rat ukoll kultant fl-uffiċċju tagħha ta’ San Gwann fejn huwa kien jgħin fi kwistjonijiet relatati mal-bank. Mistoqsija dwar Wave Catering Ltd, ix-xhud qalet, “Ma nafx. Naħseb li ħadu lil Scoglitti f’idejhom. “

Mistoqsija dwar indirizz partikolari ta’ Marsaxlokk, Brincat qalet li kien l-indirizz ta’ appartament li hija kienet personalment rat f’isem Buttigieg li talbet l-għajnuna tagħha biex tivverifika jekk il-post “kienx ok.” Ried jikri l-appartament għall-impjegati fir-ristorant tiegħu u Darren Debono kien ikkuntattja aġenzija tal-propjetà biex tagħti daqqa t’id.

Ir-raġel tagħha, Jermain, li kien jaħdem fir-ristorant Marsaxlokk fuq bażi part-time, xehed ukoll waqt li spjega li hu kien jieħu ħsieb il-kummerċ, il-prenotazzjonijiet u s-siġġijiet, flimkien ma’ ħuh li kien impjegat bħala kok. Huwa kellu x’jaqsam ukoll fi Scoglitti biex jagħti daqqa t’id meta nqalgħet il-ħtieġa, iżda għamel dan “bħala favur,” qal Brincat.

Mistoqsi dwar l-għeluq tal-koperturi fl-aħħar tal-ġurnata, ix-xhud spjega kif inħadmu t-totali, xi drabi bbażati fuq “medja”. Iżda dik it-tweġiba wasslet għal aktar mistoqsijiet mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li staqsiet xi ried ifisser b ‘”medja”.

Il-klijenti kultant kienu jingħaddu bħala medja “bil-għaġġla”, billi rreġistraw biss il-membri adulti ta’ grupp iżda mhux it-tfal, spjega x-xhud. It-teħid ta’ flus kontanti ta’ kuljum jitqiegħed f’envelop issiġillat fl-aħħar ta’ kull ġurnata u ngħata lil Buttigieg.

Hekk kif is-smigħ wasal fi tmiemu, il-qorti ddikjarat li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie biex iż-żewġ akkużati jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża. L-Ispetturi Joseph Xerri, James Turner u Omar Caruana qed imexxu l-prosekuzzjoni, assistiti mill-avukati tal-Avukat Ġenearl Antoine Agius Bonnici u Cinzia Azzopardi Alamango. L-avukati Stefano Filletti u Martina Cuschieri huma avukati difensuri.