Għawdex Lokali

Il-GTA tappella lill-Gvern biex jibdew il-vjaġġi għat-turiżmu domestiku bejn iż-żewġ gżejjer

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex (GTA) qed tappella lill-Gvern sabiex ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ivjaġġar bejn iż-żewġ gzejjer. Dan sabiex l-ekonomija Għawdxija tibda tirpilja bil-mod il-mod.

Fi stqarrija, il-GTA qalet li l-operaturi Għawdxin jixtiequ data eżatta dwar meta se jitneħħew dawn ir-restrizzjonijiet għal min jaqsam lejn Għawdex. Il-GTA qed tgħid li dan se jgħin mhux ftit biex jibda jirpilja t-turiżmu domestiku, speċjalment fejn jidħlu ix-short breaks.

“Jekk ikollna data inkunu nistgħu nibdew nippreparaw”, qalet il-GTA.

Fl-istqarrija, isir ukoll appell biex il-ħaddiema fl-industirja tal-ospitalità jitlaqqmu kollha kemm jista’ jkun malajr.