Ġurnali lokali u internazzjonali dalgħodu fuq il-faċċata tagħhom kellhom artikli li jikxfu aktar abbużi marbuta mal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Maltin.
Wara li l-Gvern ilu s-snin jaqla kritika qawwija għal kif kienet qed titmexxa din l-iskema, issa dettali ġodda juru kif investituri Russi, Ċiniżi u mis-Saudi kienu qed jixtru l-passaport tagħhom lejn l-Ewropa mingħajr ma jirrispettaw verament l-obbligu bil-liġi tar-‘rabta ġenwina’ jew genuine link.
Dettalji li ħarġu f’The Guardian, EU Observer, The Times of Malta u The Malta Independent juru fost l-oħrajn kif Joseph Muscat kien jikkomunka direttament mal-Prinċep tas-Saudi dwar il-passaport tiegħu u dan tal-aħħar talbu speċifikament biex ismu ma jidhirx fil-Gazzetta tal-Gvern.
Persuni mis-Saudi mhux permess li jkollhom aktar minn ċittadinanza waħda, iżda hu fatt magħruf li għadd ta’ nies għonja jixtru aktar minn ċittadinanza oħra għal skopikjiet diversi.
//= $special ?>