“L-ambjent hu parti integrali minn ħajjitna u għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna … u mhux anqas fuq is-saħħa mentali”.
Messaġġi taċ-ċkejken Mattia u ta’ Martha, li f’Jum id-Dinja ħawwlu xitel f’Wied Għollieqa, f’Tal-Qroqq, ma’ mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista AnneMarie Grech u l-Kelliem tal-Partit għall-Ambjent Robert Cutajar.
Mistoqsija dwar l-ambjent, Martha tkellmet dwar l-imppatt tal-ambjent fuq is-saħħa mentali anke tal-istudenti, filwaqt li ċ-ċkejken Mattia qal li l-ambjent huwa għal ħajjitna.
Il-messaġġ ta’ Mattia u Martha kien rifless ukoll mill-Partit Nazzjonalista, b’AnneMarie Grech tgħid kif l-ambjent irridu nieħdu ħsiebu kuljum u mhux f’ġurnata waħda biss.
Min-naħa tiegħu, Robert Cutajar qal li anke f’dan il-qasam hemm il-ħtieġa ta’ paġna ġdida għal pajjiżna, illum qabel għada.
Matul din l-attività tħawwlu xtieli tar-rand, tar-riħan u tal-alaternum f’parti mir-riżerva naturali.
//= $special ?>