Sport Sport Ieħor

Joe Bajada maħtur bħala l-President tal-Kummissjoni taċ-ċikliżmu fl-Unjoni Ewropeja

Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Joe Bajada nħatar bħala l-President tal-Kummissjoni ġdida taċ-ċikliżmu tal-pajjiżi ż-żgħar fl-Unjoni Ewropeja.

Il-Kummissjoni l-ġdida twaqqfet fuq l-inizjattiva tal-President il-ġdid tal-UEC, Enrico Della Casa, fejn bil-ħatra ta’ Joe Bajada, din kienet l-ewwel darba fl-istorja taċ-ċikliżmu mondjali li persuna Maltija ookupat kariga bħal din. Din il-ħatra tkompli turi ix-xogħol siewi li qed jagħmel Bajada fix-xena internazzjonali taċ-ċikliżmu kif ukoll fl-Union Cycliste International (UCI).

Min-naħa tiegħu Joe Bajada radd ħajr lil President il-ġdid Enrico Della Casa għan-nomina tiegħu fejn stqarr li dan m’huwiex biss suċċess personali, iżda fuq kollox għaċ-ċikliżmu u l-isport Malti.

John Zammit, il-President tal-Federazzjoni Maltija taċ-ċikliżmu faħħar lil Joe Bajada u li għal darb’oħra se jkunu jista’ jirrapreżenta bil-kapaċitajiet tiegħu lil gżejjer żgħar f’livell sportiv daqshekk għoli.

Netnews jinaqgħad ma’ ħafna u jawgura lil Joe Bajada għal din il-kariga li rnexxielu jikseb.