Wara li l-ġurnata tal-Erbgħa kienet ikkaraterizzata minn diversi riżenji u bosta klabbs li rtiraw mill-European Super League propost, ilbieraħ tard billejl, il-President Florentino Perez ta intervista lil-programm Spanjol radiofoniku ‘El Larguero’, fejn ħareġ b’dviersi revelazzjonijiet marbuta ma’ dan il-kampjonat.
Waqt din l-intervista’ Perez saħaq li l-European Super League għadu ma’ sfaxxax, iżda jinsab fuq ‘stanby’. Perez indika ukoll li AC Milan, Juventus u Barcelona għadhom jaħdmu flimkien ma’ Real Madrid, sabiex jorganizzaw dan il-kampjonat. Perez saħaq ukoll li l-klabbs Ingliżi ma jistgħux jinħallu mill-kuntratti tagħhom qabel titħallas multa marbuta mal-ħruġ tagħhom minn dan il-kampjonat. Tul l-intervista, Perez enfasizza kemm-il darba li “l-klabbs qegħdin jitilfu ħafna flus”, filwaqt li kkritika bl-aħrax lil President tal-UEFA, Alexander Ceferin, għall-mod li bih imexxi din l-organizzazjoni.
Sadanittant, dalgħodu komplew ħerġin l-aħħar reazzjonijiet b’rabta mal-kontroversja tal-European Super League, fejn il-partiarji ta’ Manchester United iblokkaw l-entratura tat-training grounds f’Carrington, bi protesta kontra l-familja Glazer. Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li teżisti l-possibilita’ li jkun hemm ‘British Super League’ fejn it-tmijiet ta’ Glsgow, Rangers u Celtic, jidħlu jikkompetu fil-Premier League.
//= $special ?>