L-istudenti li qed iħejju ruħhom għall-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola jinsabu fil-limbu, bil-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana tagħti verżjonijiet differenti dwar l-iskeda li se tkun qed tintuża’.
F’nifs, il-Ministru qalet li l-eżamijiet se jsiru fiż-żmien stipulat, għalkemm b’xi ftit ta’ dewmien u f’nifs ieħor qalet li se tkun segwita l-iskeda oriġinali tal-eżamijiet. Dikjarazzjonijiet li wasslu għar-reazzjonijiet tal-ġenituri, fosthom biex ikun iċċarat il-perjodu eżatt, kif ukoll x’inhi l-alternattiva għal tfal li f’dak iż-żmien jinstabu pożittivi jew li jkunu taħt kwarantina.
Ir-reazzjoni ġenerali tal-ġenituri hi li l-Gvern qed jilgħab bl-imħuħ tal-istudenti, speċjalment wara li ilhom sena maqfulin fid-dar. Dan anke fost aktar appelli biex id-dati jkunu aktar ċari għal kulħadd għax il-Gvern lanqas jaf x’inhu jagħmel.
//= $special ?>