Futbol Sport

Leicester b’rebħa komda fuq West Brom

Kif kien mistenni Leicester City ma fallewx milli jkomplu bis-serje pożittiva .Tlett gowls fl-ewwel taqsima kienu bizzejjed biex saħħew posthom fit-tielet post b’59 punt b’WBA aktar minn qatt qabel destinati li jkunu relegati.
Fit-23 minuta minn pass ta’ Timothy Castagne, kien JAMIE VARDY li għeleb lil Sam Johnstone biex fetaħ l-iskor. Tlett minuti wara Leicester irdoppjaw permezz ta’ JONNY EVANS. B’West Bromwich Albion jonqsu milli jwettqu reazzjoni fis-36 minuta minn azzjoni ta’ Jamie Vardy kien KELECHI IDEANACHO li mill-ġdid għeleb lil Johnston. 3 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima bit-tieni taqsima tkun biss formalita’ bl-iskor jibqa l-istess sa tmiem il-partita.