Futbol Sport

LIVE: “Il-proġett tas-Super League għadu fis-seħħ, lesti nitkellmu mal-UEFA” – Joan Laporta

Segwi dan il-blog li se jkun aġġornat minuta b'minuta bl-aħħar żviluppi

22:38 – Il-President tal-UEFA Alexander Ceferin jgħid li Real Madrid mhux mistennija jitkeċċew miċ-Champions League dan l-istaġun.

20:22 – Il-Gvern Ingliż qed jevalwa l-possibilta’ li jimplimenta l-ideja tal-50+1, fejn il-partitarji jkollhom maġġoranza tal-ishma fil-klabb, kif jiġri fil-Ġermanja.

20:19 – Il-midfielder ta’ Man City IIkay Gundogan jikkritika il-format propost tal-UEFA Champions League minħabba ż-żieda tal-partiti li se toħloq pressjoni fuq il-plejers.

19:57 – Fl-istqarrija uffiċjali Barcelona fl-ebda ħin ma jgħidu li se jitilqu minn dan il-proġett, għalkemm għarfu li hemm bżonn li janalizzaw aktar kif jistgħu jtejbu il-kunċett tas-Super League

17:32 – Il-coach ta’ AFC Bournemouth Jonathan Woodgate jgħid li t-timijiet ta’ Rangers u Celtic ma jistgħux jitpoġġew mal-ewwel fil-Premier League, b’reazzjoni għall-pjan li jinħoloq British Super League

17:30 – L-eks player ta’ Newcastle United Alan Shearer iwissi lis-sidien tal-clubs li daħlu fil-European Super League li l-partitarji m’humiex se jinsew l-avvenimenti tal-aħħar jiem malajr

15:25 – Il-President tal-La Liga Javier Tebas b’kummenti kuntrastanti ma’ dawk ta’ Joan Laporta, fejn qal li l-proġett huwa “mejjet”.

15:18 – Il-President ta’ Barcelona Joan Laporta qal li l-proġett tas-Super League għadu fis-seħħ u li lseti jidjalogaw mal-UEFA.

15:01 – Il-coach ta’ Everton, Carlo Ancelotti qal li t-tnax-il tim li ppruvaw iwaqqfu s-Super League kienu żbaljati għaliex l-opinjoni tal-coaches u l-plejers, u tal-partitarji huma mportanti.

14:59 – Ole Gunner Solskjaer, il-coach ta’ Man Utd, Nemanja Matic, Michael Carrick u Darren Fletcher marru jkellmu lil partitarji ta’ Man Utd li kienu qed jipprotestaw quddiem it-training ground f’ Carrington, biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

14:40 – Skond l-aħħar rapporti mill-midja Ingliża. Josh Kroenke, iben is-sid ta’ Arsenal Stan Kroenke, se jkun qed jipparteċipa f’forum mal-partitarji ta’ Arsenal u se jkun qed iwieġeb il-mistosqijijet tal-partitarji ta’ Arsenal.

14:35 – Jidher li Ed Woodward, ic-Chairperson ta’ Man Utd, irriżenja għaliex ma qabilx ma’ Joel Glazer, li Man Utd jipparteċipaw fil-European Super League.

13:33 – Il-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta qal li l-avvenimenti tal-aħħar jiem juri l-importanza tal-futbol madwar id-dinja u li l-partitarji għandhom sehem importanti fil-logħba tal-futbol

12:46 – Wembley Stadium se jkun qed jospita aktar logħob milli dak skedat fl-EURO 2020 tas-sajf li ġej hekk kif il-UEFA jidher li se tkun qed tirrikonoxxi lill-FA Ingliża wara li l-klabbs tagħha kienu tal-ewwel li ħarġu mis-Super League

12:36 – Matul il-jum komplew jippersistu rapport fil-midja Ingliża li għaddejin manuvri biex jiġi propost Britsh Super League, fejn it-timijiet Skoċċiżi ta’ Rangers u Celtic jilgħabu fil-Premier League

12:15 – Il-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta jgħid li s-sidien, Stan Kroenke u Josh Kroenke, u l-Kap Eżekuttiv ta’Arsenal, Vinai Venkatesham, talbu apoloġija lil-plejers u fehmu li din is-sitwazzjoni kellha konsewgwenzi ħżiena.

10:56 – Partitarji ta’ Manchester United jinġabru quddiem l-entratura tal-ground ta’ taħriġ tal-klabb f’Carrington fejn għalqu l-entratura bħala protesta kontra l-familja tal-Glazers u l-European Super League b’uħud jirnexxielhom jidħlu fit-training grounds.

https://twitter.com/ESPNFC/status/1385152695074426881?s=20

10:35 – Ikomplu jiżdiedu r-rapporti fl-Ingilterra dwar il-possibilità ta’ British Super League hekk kif it-timijiet Skoċċiżi ta’ Rangers u Celtic jistgħu jingħaqdu fil-Premier League, proposta li għandha l-appoġġ tal-FIFA, tal-UEFA u tal-Gvern Ingliż

10:33 – Min huma l-imħuħ wara l-European Super League u x’interess għandhom?

10:25 – Alvaro Montero, espert tal-futbol Spanjol, jgħid illi hu “impossibbli” li xi forma ta’ Super League jibda mis-Sajf li ġej jew mis-sena d-dieħla.

10:07 – Aleksander Ceferin, President tal-UEFA, qal illi mhux jeskludu azzjonijiet fil-futur f’każ li jerġa’ jkun hemm clubs li jridu jinqatgħu għalihom. Iżda b’mod immedjat ma jista jsir xejn minħabba li diġa’ hemm rabtiet kummerċjali, inkluż fejn jidħlu drittijiet televiżivi.

Ceferin kien mistoqsi direttament dwar il-partita taċ-Champions League bejn Real Madrid u Chelsea.

“Il-possibbiltà li ma tintlagħabx hi minima, iżda fil-futur l-affarijiet jistgħu jkunu differenti”, stqarr il-President tal-UEFA.

09:01 – Il-President tal-UEFA fl-aħħar sigħat saħaq li l-apoloġiji tal-clubs mhux biżejjed.

08:30 – Tasal l-apoloġija anke minn Manchester City. Il-Kap Eżekuttiv tal-club Ingliż, Ferran Soriano, stqarr illi l-Bord jiddispjaċih li neħħa ħarstu minn fuq il-valuri vera li jiddistingwu dan it-tim.

07:59 – Ħarsa lejn dak li intqal fl-aħħar 24 siegħa:

Il-Preisdent ta’ Real Madrid stqarr li skont hu “is-Super League għadu ma sfaxxax”.

Il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola jgħid li dan hu “kapitlu magħluq”.

Is-sidien ta’ Manchester United u Liverpool għamlu apoloġija mal-partitarji tagħhom.

Il-media Ingliża tiddeskrivi l-aħħar 3 ijiem bħala “umiljanti” għas-sitt clubs Ingliżi li riedu jkunu parti mill-ESL.

07:45 – Fl-aħħar sigħat, Net News ħa wkoll il-kummenti tal-MEP Belġjan Marc Tarabella li jikkordina s-settur tal-isport, fi ħdan il-Parlament Ewropew.

07:00 – L-għodwa t-tajba lill-appassjonati kollha tal-futbol.

Illum se nkomplu nżommukom aġġornati dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-European Super League u l-effetti li dan ħalla madwar il-kontinent.

01:33 – Il-blog għal-lum jieqaf hawn. Inkunu magħkom għada filgħodu. Il-lejl it-tajjeb u Grazzi talli segwejtuna

01:31X’intqal illejla? Fl-intervista Florentino Perez saħaq li l-ebda klabb għadu ma telaq uffiċjalment, fejn qal li Milan, Juventus u Barcelona għadhom involuti. Perez tenna li il-proġett ta-European Super League għadu ma sfaxxax u se jkomplu jaħdmu biex jsibu alternattiva oħra. Waqt l-intervista Perez ikkritika lil President tal-UEFA, filwaqt li saħaq li l-klabbs Ingliżi kienu sfurzati joħorġu minħabba pressjoni mill-Unjoni Ewropea.

01:30– L-intervista tintemm hawnhekk.

01:28 – Il-parteċipazzjoni ta’Bayern Munich u PSG qatt ma kienet garantita, minkejja li jien xtaqthomi kunu parti mill-European Super League.

01:21 – “Luka Modric iffirma l-kuntratt għal estensjoni ma’ Real Madrid. Sergio Ramos għadu ma ffirmax. Inħobb daqs ibni iżda is-sitwazzjoni hi dik li hi. ” Florentino Perez.

01:17– Mistoqsi jekk Raphael Varane jistax iħalli lil Real Madrid, Perez wieġeb billi qal li min mhux kuntent mat-tim jista’ jitlaq.

01:16– “Mingħajr is-Super League ħadd m’hu se jagħmel l-ebda trasferiment maġġuri fis-sajf li ġej. Impossibli li tixtri plejers bħal Mbappe jew Haaland mingħajr is-Super League” Perez

01:04 – “Jien ma rridx President tal-UEFA li joqgħod jgħajjar lin-nies (Agnelli). Jien irrid President edukat.” Perez

01:00 – “Għalissa ħadd għadu ma ħallas il-multa, għalhekk ħadd għadu ma telaq uffiċjalment.” Florentino Perez.

00:59 – “Kemm tiswa l-multa għall-klabbs li rtiraw mill-kampjonat? Nippreferi ma nikkumentax.” Perez.

00:57 – “Meta l-aqwa klabbs jagħmlu l-flus, il-piramida sħiħa tal-futbol tagħmel il-flus.” Florentino Perez.

00:49 – “Hemm min jaħseb li bil-Covid 19 ma ġara xejn. Jaħsbu li mhux taffettwa lill-klabbs meta filfatt il-plejers ta’ Real Madrid kellhom tnaqqis fil-paga. Il-ħaddiema tal-FIFA u tal-UEFA qatt ma rajthom jieħdu tnaqqis fil-paga.” Florentino Perez.

00:46 – “Ma jistax ikun li fl-Ingilterra is-sitt klabbs qed jitilfu l-flus u l-erbatax l-oħra qed jagħmlu l-flus, u fi Spanja it-tliet klabbs involuti qed jitilfu l-flus, filwaqt li l-kumplament qed jagħmel il-flus. Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.” Florentino Perez.

00:44 – Mistoqsi jekk sfaxxatx ir-relazzjoni tiegħu ma’ PSG, Perez qal li r-relazzjoni ma sfaxxatx, għaliex kulħadd jaf bis-suċċessi li kiseb fil-futbol.

00: 40 – “Il-kuntratti iffirmati, iL-klabbs Ingliżi ma jistgħux jitilqu kif iridu, jekk taħsbu li s-Super League sfaxxa, sejrin żball” – Perez

00:30 – Perez jisħaq li l-format il-ġdid taċ-Champions League ma jagħmilx sens. Fl-istess waqt żied jgħid li Juventus, Milan u Barcelona għadhom fis-Super League. Hu qal ukoll li dan kien pjan maħdum kontrih mill-UEFA u l-FIFA, iżda hu ma jibżax minnhom. Hu żied jgħid li kienu ħafna dawk li ċemplulu biex jifirħulu għax mhux kulħadd kien kontra l-kampjonat il-ġdid.

00:20 – “Il-klabbs Ingliżi ħarġu għax kellhom il-pressjoni mill-Unjoni Ewropea”- Florentino Perez.

00:13– Florentino Perez qal li rċivew tgħajjir, theddid u insulti daqs li kieku riedu joqtlu l-futbol meta fil-vertià riedu isalvawh.

00:12- “Il-President tal-UEFA, kien aggressiv ħafna fil-konfront tagħhna” – Florentino Perez

00:11– “Dan kien attakk orkestrat mill-Presidenti kollha”- Perez

00:10– “Is-Super League kien se jdum minn Awwissu sal-aħħar tal-istaġun fejn kulħadd kien ser igawdi finanzjarjament”- Florentino Perez

00:07- Florentino Perez: “Ma konniex kapaċi nispjegaw is-Super League”

00:05Ġurnalist: “President ta’ Real Madrid jew President tas-Super League?”

Florentino Perez: “Le le, President ta’ Real Madrid”

00:04Tibda l-intervistá tal-President ta’ Real Madrid

23:58 – Il-coach ta’ Parma Alessandro Lucarelli jsejjaħ lil dawk li kienu nvoluti fil-proġett tal-European Super League fosthom il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli biex jerfgħu r-responsabbilità

https://twitter.com/lattever/status/1384984664847364105?s=20

23:57 – Il-player ta’ Real Madrid Marcelo jirrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar il-European Super League fi tmiem il-partita kontra Cadiz.

https://twitter.com/dermotmcorrigan/status/1384989370172727300?s=20

23:54 – Id-difensur ta’ Barcelona Gerard Pique jsaqsi jekk l-għan tal-European Super League huwiex biex jinqerdu l-klabbs li huma meqjusha żgħar.

https://twitter.com/MARCAinENGLISH/status/1384988775529521153?s=20

23:40 – Minn ‘European Super Leauge’ għal ‘British Super Leauge’? Rapporti fl-Ingilterra qed jgħidu li qed jitħejja pjan biex il-klabbs ta’ Rangers u Celtic jissieħbu ma’ dawn fil-Premier League Ingliż u jidher li din il-proposta għandha l-appoġġ tal-Gvern Brittaniku

Il-format ta’ kif qed ikun propost il-‘British Super League’

23:30 – Il-coach ta’ Inter Antonio Conte bi kritika ħarxa dwar il-mod kif il-UEFA tqassam il-flus

https://twitter.com/FabrizioRomano/status/1384979542851338245?s=20

23:15Fil-ħin li ġej mistenni jitkellem il-President ta’ Real Madrid Florentino Perez.

https://twitter.com/ellarguero/status/1384978468773969922?s=20

22:20 – Hekk kif bħalissa qed tintlagħab il-partita mill-Liga Spanjola bejn Cadiz u Real Madrid, f’Estadio Ramón de Carranza, qabel il-bidu ta’ din il-logħba, il-plejers ta’ Cadiz libsu flokk b’messaġġ kontra t-twaqqif tal-European Super League. Il-kitba bl-iSpanjol fuq il-flokk tgħid, “Super League? Il-futbol hu għal kulħadd”. Il-President ta’ Real Madrid, Florentino Perez hu wieħed mill-imħuħ ‘l kbar wara l-pjan li iżda sfaxxa, għat-twaqqif tal-European Super League.

22:01 – Il-Kap Eżekuttiv ta’ Arsenal, Vinai Venkatesham, qiegħed iċempel personalment liċ-chairmen tal-erbatx-il tim tal-Premier League li ma kienux involuti fil-European Super League, sabiex jitlob apoloġija.

https://twitter.com/SamWallaceTel/status/1384959953543237633?s=20

21:34 – Ir-reazzjoni ta’ Pep Guardiola dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-European Super League, qabel il-partita tagħhom kontra Aston Villa.

https://twitter.com/City_Chief/status/1384948205281062912?s=20

21:15 – Skont stħarriġ li sar minn Morning Consult Survey fl-Ingilterra, 70% tal-partitarji tal-futbol fil-pajjiż, qalu li huma kontra l-posizzjoni li oriġinarjament ħadu s-sitt klabbs tal-Premier League, Arsenal, Chelsea, Liverpool, Manchester City, Manchester United u Tottenham Hotspur, ċioé dik li jkunu parti mit-twaqqif tal-European Super League, flimkien ma’ klabbs oħra mill-Italja u Spanja. Dan l-istħarriġ sar fuq jumejn, bejn nhar il-Ħadd u l-bieraħ, u kienu intervistati xejn inqas minn 1,000 persuna adulta ta’ nazzjonalitá Brittanika. Skont dan l-istħarriġ, 58% ta’ dawk intervistati, saħansitra qalu li huma joppunu b’saħħa kbira d-deċiżjoni ta’ dawn il-klabbs Ingliżi biex jilgħabu f’dan il-Kampjonat Ewropew. Agħfas hawn biex tara fid-dettall ta’ dan l-istharriġ.

20:56 – Minn meta tħabbar il-European Super League l-ebda tim minn dawk involuti ma’ rebaħ il-partiti rispettivi tiegħu, minn barra Tottenham.

https://twitter.com/cc_eckner/status/1384943823621603329?s=20

20:47 – Il-President ta’ PSG Nasser El Khelaifi ġie elett bħala l-President tal-‘European Club Association’ (ECA) minflokk Andrea Agnelli li rriżenja jumejn ilu.

https://twitter.com/FabrizioRomano/status/1384940778829619203?s=20

20:42 – Anke Prince William ta l-opinjoni tiegħu dwar is-Super League Ewropew. Prince William, li hu partitarju ta’ Aston Villa, qal li “jinsab kuntent li l-vuċi tal-partitarji tal-futbol kienet mogħtija widen.”

https://twitter.com/KensingtonRoyal/status/1384194971322839048?s=20

20:37 – Skond rapporti fil-midja Ingliża, Iċ-chairman tal-Premier League Richard Masters, talab lill-Kapijiet Eżekuttivi tal-klabbs involuti sabiex jirriżenjaw mill-posizzjonijiet tagħhom fil-kumitati rispettivi.

20:28 – L-eks plejer leġġendarju ta’ Liverpool, John Barnes qal li l-falliment tal-pjan tas-Super League Ewropew, bl-ebda mod m’għandu jitqis bħala rebħa għall-partitarji tal-futbol fl-Ingilterra, anzi bil-kontra. F’intervent fuq talkRADIO, Barnes qal li jekk xejn, f’din l-istorja kollha ir-rebbieħa kienu dawk li l-għan tagħhom fil-futbol m’hu xejn għajr li jagħmlu qligħ finanzjarju mill-infiq tal-partitarji tal-futbol Ingliż.

 

Skont John Barnes, il-falliment tas-Super League Ewropew, m’hijix rebħa għall-partitarji tal-futbol Ingliżi

20:03 – Il-Kap Eżekuttiv ta’ Man City Ferran Soriano jitlob apoloġija lill-partitarji ta’ Man City.

https://twitter.com/cityreport_/status/1384925824596512772?s=20

19:27 – Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli jgħid li se jibqa iffokat “110%” fuq it-tim tiegħu minkejja dak li ġara matul dawn il-jiem

19:16 – Għadd ta’ partitarji ta’ Tottenham Hotspur jipprotestaw quddiem l-istadium qabel il-partita tagħhom kontra Southampton.

https://twitter.com/footballdaily/status/1384898475847004162?s=20

18:34 – Il-players ta’ Atletico Madrid fi stqarrija wrew is-sodisfazzjon għad-deċiżjoni li l-klabb iddeċieda li ma jibqax fil-European Super League. L-istqarrija kompliet tgħid li l-players se jibqgħu jaraw li l-mertu sportiv jibqa’ jkun rispettat.

18:28 – Id-Direttur ta’ Milan u eks player tal-istess tim Paolo Maldini qal li hu ma kienx jaf bl-involviment ta’ Milan fil-European Super League u li din kienet deċiżjoni tas-sidien tal-klabb. Maldini minkejja dan xorta waħda talab apoloġija lill-partitarji

17:41 – Wieħed mis-sidien ta’ Manchester United, Joel Glazer kien kwotat jgħid li huma xorta se jibqgħu jemmnu lil l-futbol fl-Ewropa xorta waħda jrid jinqasam sabiex ikun sostennibli iżda rrikonoxxa l-fatt li l-idea tas-Super League ma kinitx l-għażla l-ġusta u kienet waħda żbaljata.

 

Joel Glazer jifforma parti mill-Familja tal-Glazer’s li fost il-kumpaniji li għandhom, huma wkoll is-sidien ta’ Manchester United

17:18 – Andrea Agnelli ta’ Juventus qal li s-sospensjoni tas-Super League hija tort ta’ Brexit hekk kif kieku t-timijiet Ingliżi baqgħu fil-proġett tas-Super League dan kien se jkun interpretat bħala attakk politiku fuq ir-Renju Unit

https://twitter.com/Hashtrends1/status/1384889272700915712?s=20

17:16 – Ilbieraħ waqt il-prtoesti mill-partitarji ta’ Chelsea, spikka messaġġ li jgħid “We want our cold nights in Stoke” hekk kif kieku baqgħu fil-European Super League, Chelsea kienu se jkunu mwaqqfa milli jikkompetu fil-Premier League.

https://twitter.com/BBCSport/status/1384888405063081988?s=20

16:42 – Il-Gvern Ingliż qed jimbotta sabiex issir riforma fl-istrutturi tal-fubtol fl-Ingilterra fejn qed ikun suġġerit li l-partitarji jkollhom sehem fit-tmexxija tal-klabb.

15:47 – Bosta politikanti u ġurnalisti fl-Ingilterra, kif ukoll il-kowċ ta’ West Brom, Sam Allardyce, qed jsejjħu lill-Gvern Ingliż sabiex jintroduċi leġislazzjoni li tirregola is-sidien tal-klabbs Ingliżi. Allardyce qal li jekk ma jkunx hemm leġislazzjoni simili, jista’ jkun li terġa tinqala’ kontoversja bħal din fil-futur.

15:10 – Il-coach ta’ Roma Paulo Fonseca jgħid li hu kburi li t-tim tiegħu ma aċċettax li jidħol fis-Super League. Dan wara li minkejja li kienu avviċinati, Roma rrifjutaw din l-offerta.

14:52 – Konfermata: Juventus joħorġu wkoll mill-European Super League

https://twitter.com/Marcsport47/status/1384852236896018434?s=20

14:46 – Rapporti internazzjonali jindikaw li l-eks goalkeeper ta’ Manchester United u iċ-Chief Eżekuttiv ta’ Ajax Edwin Van Der Sar jista’ jkun il-persuna li jieħu post Ed Woodward fil-kargia ta’ Viċi-Chairman Eżekuttiv.

14:45 – Uffiċjali ta’ Man Utd kienu kwotati jgħidu li saret ħsara rreparabbli f’termini ta’ relazzjoni mal-klabbs l-oħra fil-Premier League li ma kienux inklużi fil-European Super League

14:09 – Juventus, Barcelona u Real Madrid huma l-unika klabbs li għadhom fis-Super League

13:44 – Juventus ukoll joħorġu stqarrija dwar il-European Super League fejn qalu li fehmu li xi timijiet iridu jiritiraw mill-European Super League, bil-klabb Taljan jibqa’ konvint mill-proġett.

https://twitter.com/juventusfcen/status/1384833535199125504?s=20

13:38 – Wara li Milan ukoll iritiraw mill-European Super League, dan ifisser li Real Madrid u Barcelona biss għadhom f’dan il-kampjonat.

12:54AC Milan jingħaqdu ma’ Inter u jirtiraw ukoll mill-European Super League (ESL)

https://twitter.com/footballdaily/status/1384823046180118528?s=20

12:50 – Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni tal-English Football League (EFL) laqgħet id-deċiżjoni tal-klabbs Ingliżi li jirtiraw mill-ESL, filwaqt li saħaq li l-piramida tal-futbol għandha dejjem tiġi rispettata. Huma saħqu wkoll li dan se jkun qegħdin jagħtu l-konttibut tagħhom sabiex issir bidla fil-mod ta’ kif jitqassam id-dħul finanzjarju fil-kampjonati domestiċi.

https://twitter.com/EFL_Comms/status/1384816681835393025?s=20

12:39 – Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li s-sitt klabbs Ingliżi diġa tilfu madwar £8 miljun wara li l-pjan tas-Super League sfaxxa fix-xejn.

11:57 Atletico Madrid u Inter jingħaqdu mas-sitt klabbs Ingliżi u jħallu s-Super League (ESL).

https://twitter.com/FabrizioRomano/status/1384807652664938496?s=20
L-istqarrija uffiċjali ta’ Atletico Madrid

https://twitter.com/Inter_en/status/1384810306875047936?s=20
L-istqarrija uffiċjali ta’ Inter

11:40 – L-14 -il tim tal-Premier League li ma kienux inklużi f’dan il-kampjonat qed jikkunsidraw sanzjonijiet li jinkludu, tnaqqis tal-punti u multi lil dawk il-klabbs li kienu se jipparteċipaw fil-proġett tas-Super League.

11:15 – Iċ-chairperson ta’ Juventus, Andrea Agnelli, stqarr li l-proġett tas-Super League (ESL) mhux vijabbli mingħajr it-timijiet Ingliżi. Agnelli qal dan wara li lbieraħ is-6 clubs Ingliżi irtiraw mill-ESL.

Agnelli kien wieħed mill-fundaturi wara l-ħolqien ta’ dan il-kampjonat ġdid.

F’kummenti lill-Aġenzija Reuters, Andrea Agnelli stqarr “onestament, ma naħsibx li issa dan il-proġett jista’ jitwettaq” minkejja li ammetta li baqa’ favur il-proġett.

11:02 – L-attenzjoni dalgħodu qed iddur fuq l-Italja, hekk kif ħafna qed jistennew xi forma ta’ stqarrija mit-tliet clubs Taljani tas-Serie A li kkommettew ruħhom li jipparteċipaw fis-Super League. L-FIGC qed tibqa’ tinsisti li fil-kampjonat tas-Serie A jipparteċipaw biss dawk li jibqgħu taħt il-kappa tal-UEFA.

10:30 – Minn Super League għal Super Ridikoli. Il-ġurnal Spanjol Marca dalgħodu ħareġ jattakka l-idea ta’ Florentino Perez, il-President ta’ Real Madrid. L-istess ġurnal jinsisti li La Liga huwa l-veru super-kampjonat li jeżisti.

09:33 – Is-sid ta’ Liverpool John W Henry jitlob apoloġija dwar dak li seħħ fl-aħħar jiem u jgħid li hu huwa wkoll responsabbli

https://twitter.com/gwfootball_/status/1384770970892869633?s=20

09:17 – L-eks player ta’ Liverpool Stephen Warnock jgħid li s-sidien tat-timijiet tal-Premier League li kienu se jieħdu sehem fis-Super League għandhom jitolbu apoloġija lill-partitarji

09:10 – Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli jiċħad li se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ma’ Juvnetus

07:19 – Bonġu. Merħba lura f’dan il-blog hekk kif matul il-jum mistennija aktar żviluppi dwar dak li se jkun qed iseħħ fix-xena tal-futbol internazzjonali. Wara li s-sitt klabbs Ingliżi rtiraw mill-European Super League, fil-ħin li ġej mistenni jkun deċiż il-futur tal-klabbs Taljani u dawk Spanjoli.

Il-blog għal-lum jieqaf hawn. Inkunu magħkom għada filgħodu. Il-lejl it-tajjeb u Grazzi talli segwejtuna.

01:57KONFERMATA: Il-proġett tal-European Super League ġie sospiż wara li għadd ta’ timijiet mit-12 involuti abbandunaw il-proġett

00:49X’ġara s’issa? Wara l-kritika tal-aħħar 48 siegħa hekk kif tħabbar il-European Super League, illejla is-sitt klabbs tal-Premier League irtiraw minn dan il-kampjonat u issa bdew il-proċeduri legali sabiex jinħallu mill-obligazzjonijiet li kellhom f’dan il-kampjonat. Magħhom se jinagħqdu wkoll AC Milan, bil-UEFA toffri ammont sostanzjali ta’ flus lill-klabbs Ingliżi sabiex jirtiraw minn dan il-kampjonat. Madanakollu, l-klabbs Spanjoli ma ġewx offruti l-istess ammont ta’ flus minħabba li dan huma meqjusa bħala l-avversarji diretti tal-UEFA.

00:45 – Fost ir-reazzjonijiet għall-aħħar żviluppi tal-ħruġ tal-klabbs Ingliżi mis-Super League, Rob Holding, difensur ta’ Arsenal daqq l-innu taċ-Champions League fuq il-pjanu.

https://twitter.com/ESPNFC/status/1384638251240198144?s=20

00:38 – Fost l-istqarrijiet maħruġa mit-timijiet Ingliżi, Arsenal kien l-unika klabb li talab apoloġija lill-partitarji tagħhom.

00:19 – Konfermata: Milan l-ewwel klabb Taljan li se jkun qed joħroġ mill-European Super League

https://twitter.com/David_Ornstein/status/1384630159349850115?s=20

00:15 – Il-gazzetta Spanjola Mundo Deportivo tirraporta kif il-UEFA offriet ammont sostanzjali ta’ flus lill-klabbs Ingliżi biex dawn jirtiraw mill-European Super League. Kuntrarju għal dan il-klabbs Spanjoli ma ġewx offruti l-istess ammont ta’ flus minħabba li dawn f’għajnejn il-UEFA huma r-rivali diretti tagħhom.

00:11 – L-istqarrijiet uffiċjali tal-klabbs Ingliżi b’rabta mal-irtirar tagħhom mis-Super League

https://twitter.com/Arsenal/status/1384626900056805379?s=20

https://twitter.com/ManUtd/status/1384627149106302976?s=20

https://twitter.com/LFC/status/1384626759518261251?s=20

https://twitter.com/SpursOfficial/status/1384626881492889603?s=20

00:05- UFFIĊJALI: Is-sitt klabbs Ingliżi nvoluti fil-formazzjoni tas-Super League joħorġu b’effett immdejat

00:02- Konfermata: Tottenham, Chelsea, Manchester United u Liverpool jingħaqdu ma’ Arsenal u Manchester City fejn ħarġu stqarrija uffiċjali fejn jikkonfermaw li ħarġu mis-Super League

23:54 – Konfermata: Arsenal joħorġu mill-European Super League, bil-klabb fi stqarrija uffiċjali jitlob apoloġija lill-partitarji tal-klabb.

23:48 – Il-captain ta’ Man Utd Harry Maguire jitlob għall-għaqda fost il-partitarji tal-klabb wara r-riżenja taċ-Chairman Ed Woodward.

23:46– Il-klabbs kollha tal-Premier League mistennija jħallu s-Super League fil-jiem li ġejjin

23:43 – L-eks player ta’ Liverpool u tat-tim nazzjonali Ingliż Jamie Carragher jgħid li ma jarax li l-Grupp FSG jista’ jibqa’ jmexxi lill-klabb ta’ Liverpool wara dak li seħħ b’rabta mal-European Super League.

https://twitter.com/i/status/1384619531876896771

23:28 – Il-kumpanija tal-arloġġi ibbażata f’Liverpool, bl-isem ta’ Tribus Watches waqqfu il-kollaborazzjoni ma’ Liverpool minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-kampjonat.

https://twitter.com/TribusWatches/status/1384597814089601026?s=20

23:25 – L-eks player ta’ Manchester United u opinjonista tal-futbol Gary Neville qal li jittama li l-klabbs li qed iħallu s-Super League jkunu mmultati miċ-Chairman tal-European Super Leauge Florentino Perez, b’Neville jkun krtiku bl-aktar mod aħrax fil-konfront tal-klabbs li ffurmaw s-Super League.

https://twitter.com/i/status/1384618720400609282

23:22Tintemm il-laqgħa bejn it-12-il klabb tas-Super League, jidher li Barcelona u Atletico Madrid iddeċidew li jibqgħu fis-Super League.

23:07 – L-FA Ingliża tilqa’ l-aħħar żviluppi tal-klabbs li rtiraw mis-Super League filwaqt li rringrazjat lil-partitarji tas-sostenn tagħhom f’din il-kwistjoni.

https://twitter.com/FAspokesperson/status/1384612293472768001?s=20

23:02 – Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo jagħti l-ewwel kummenti tiegħu lil dan is-sit b’rabta mal-aħħar żviluppi dwar dak li qed isir fix-xena internazzjonali tal-futbol. Agħfas hawn biex tara aktar x’qal Bjorn Vassallo lil Net News.

 

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo laqa’ b’sodisfazzjoni dak li seħħ illejla hekk kif kollox jidher li reġa ġej għan-normal

22:53 – F’kumment esklussiv lil dan is-sit ta’ Net News, il-kowċ nazzjonali Malti, Devis Mangia qal li l-futbol huwa u għandu jkun ta’ kulħadd. Hu qal li s-suċċess li kisbu Leicester City bir-rebħ tal-Premier League fl-2016 u l-partiti u r-riżultati li kisbu Atalanta kemm fis-Serie A kif ukoll fil-UEFA Champions League, huma dak li jagħmlu l-logħba tal-futbol speċjali. Agħfas hawn biex tara aktar x’qal Mangia lil Net News.

 

B’reazzjoni għall-aħħar żviluppi li qed iseħħu fil-futbol dinji llejla, Devis Mangia qal lil Net News li l-futbol huwa u għandu jkun ta’ kulħadd

22:50 – L-istilla u captain ta’ Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang ikkonferma li se jkun qed iħalli Twitter, wara li fl-aħħar jiem din il-pjattaforma tal-midja soċjali kienet iddominata minn diversi kummenti u reazzjonijiet dwar it-twaqqif tas-Super League.

 

Pierre-Emerick Aubameyang iħalli Twitter

22:36 – Il-President tal-UEFA Alexander Ceferin jirreaġixxi għall-aħbar pożittiva ta’ Man City li jirtiraw minn dan il-kampjonat filwaqt li jilqagħhom lura fil-UEFA.

22:33 – Manchester City jsir l-ewwel klabb tas-Super League li ikkonfermaw formalment id-deċiżjoni li jirtiraw minn dan il-kampjonat.

https://twitter.com/ManCity/status/1384603706113540096?s=20

22:28 – Manchester United ikkonfermaw li Ed Woodward se jkun qed iħalli lill-klabb fl-aħħar ta’ 2021.

https://twitter.com/ManUtd/status/1384602779075813385?s=20

22:15 – Il-Captain ta’ Liverpool Jordan Henderson u d-difensur Trent Alexander Arnold b’messaġġ fuq Twitter fl-aħħar minuti, f’isem il-plejers kollha ta’ Liverpool

22:07 – Il-plejers ta’ Manchester United u Manchester City rispettivament, Luke Shaw u Kevin De Bruyne, f’żewp stqarrijiet separati, saħqu li huma kontra t-twaqqif tas-Super League. Dawn iż-żewġ kummenti saru miż-żewġ plejers rispettivi llejla, iżda qabel ma tħabbar li Manchester City u Chelsea kienu qed jikkonsidraw li joħorġu minn din il-kompetizzjoni.

22:05 – Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ifaħħar id-deċiżjoni ta’ Chelsea u Man City, filwaqt li jappella lit-timijiet l-oħra li jagħmlu l-istess.

22:05 – Juventus jiċħdu li l-President Andrea Agnelli se jkun qed jirriżenja.

22:02 – Ed Woodward kien diġa lest li jħalli Manchester United fl-aħħar tal-istaġun, iżda l-aħħar żviluppi b’rabta mas-Super League wasslet biex Woodward se jirriżenja fis-sigħat li ġejjin.

22:00 – Partitarji ta’ Chelsea jkantaw “WE SAVED FOOTBALL” wara li l-protesti tagħhom xprunaw lill-klabb tagħhom biex jabbanduna l-idea tas-Super League

https://twitter.com/i/status/1384578004765061120

21:57 – Barcelona, permezz tal-President Joan Laporta qalu li se jħallu s-Super League jekk mhux se jkollhom qbil mid-diriġenti kollha tal-klabb

21:55 – Jidher li Ed Woodward irriżenja mill-kariga tiegħu ma’ Manchester United wara argument mal-captain Harry Maguire u d-difensur Luke Shaw hekk kif ma qablux mas-Super League

21:52 – L-eks kowċ ta’ Arsenal, il-Franċiz Arsene Wenger qal li m’huwiex sorpriz li l-pjan tas-Super League kien se jfalli. Hu saħaq li dawk involuti “injoraw il-prinċipji bażiċi tal-mertu sportiv”.

 

Arsene Wenger jgħid li dawk involuti fis-Super League “injoraw il-prinċipji bażiċi tal-mertu sportiv”

21:49 – Ma hija mistennija l-ebda komunikazzjoni mill-klabbs ta’ Arsenal, Liverpool u Tottenham llejla dwar il-pożizzjoni tagħhom wara l-aħħar żviluppi fis-Super League

21:46 – L-aħħar rapporti fi Spanja qed jgħidu li l-leaders ta’ La Liga, Atletico Madrid qed jiċħdu li huma irtiraw mis-Super League.

21:39 – Hekk kif kollox qed jindikka li l-pjan tas-Super League qed jisfaxxa, it-Telegraph fl-Ingiterra qed tirraporta li l-parteċipazzjoni ta’ Real Madrid, minn kwalunkwé kompetizzjoni Ewropea, se tkun qed tiġi pprojbita, kemm il-darba l-klabb Spanjol jibqa’ jitmexxa minn Florentino Perez. Hu mifhum li Perez hu l-moħħ wara l-idea tas-Super League li ħolqot dan it-terrimot kollu fil-futbol dinji.

21:30 – Partitarji ta’ Chelsea li jinsabu barra l-istadium jiċċelebraw wara l-aħbar li l-klabb tagħhom se jkun qed joħroġ mill-European Super Leauge

https://twitter.com/i/status/1384589797621125121

21:23 – Il-kowċ tal-klabb fil-Premier League Ingliż Leicester City, Brendan Rodgers hu wieħed mill-ismijiet il-klabb fid-dinja tal-futbol li ħareġ jitkellem kontra it-twaqqif tas-Super League. F’kumment lil Sky Sports, Rodgers irrefera għal dan il-pjan bħala wieħed “purament b’intenzzjonijiet ta’ negozju.”

 

Brendan Rodgers kontra t-twaqqif tas-Super League

21:08 – L-investituri ewlenin fil-klabb ta’ Man Utd, ‘The Glazers’ jidher li qed jikkunsidraw li jbiegħu l-ismha tagħhom fil-klabb.

21:07 – Jidher li Andrea Agnelli ta’ Juventus ukoll se jirriżneja minn President u tkompli tikber il-pressjoni fuq il-President ta’ Real Madrid Florentino Perez biex jirriżenja wkoll

21:03– Is-sitt klabbs tal-Premier League jiġifieri Arsenal, Chelsea, Man Utd, Man City u Tottenham se jħallu s-Super Leauge fis-sigħat li ġejjin

21:00 – Arsenal se joħorġu wkoll mill-European Super League

20:56 – Jidher li Ed Woodward se jirriżenja minn Viċi-Chairman Eżekuttiv ta’ Manchester United wara nuqqas ta’ qbil dwar il-European Super League

20:49 – Jidher li s-Super League sfaxxa wara kontroversja u bosta protesti mill-partitarji tal-klabbs involuti

20:45KONFERMATA: Barcelona u Atletico Madrid se jħallu l-European Super League

20:40 – Arsenal, Man Utd, Liverpool, Barcelona u Atletico Madrid jidher ukoll li possibilment se jħallu l-European Super League.

20:29 – Marcus Rashford, l-internazzjonali Ingliż ta’ Manchester United kien fost dawk li ta vuċi lill-partitarji f’nofs din il-kontroversja kollha

20:35 – Imsejjħa laqgħa urġenti mit-tnax-il klabb fil-European Super League wara l-aħbar li Chelsea u Man City mhux se jipparteċipaw

20:30 – Il-partita Chelsea vs Brighton se tibda 15-il minuta tard.

20:29 – Numru kbir ta’ partitarji jinġabru barra Stamford Bridge.

20:20 – Chelsea u Man City jindikaw illi mhux se jiffurmaw parti mill-European Super League.

20:00 – Il-kowċ tac-champions tal-Premier League Liverpool Jurgen Klopp u l-player James Milner jikkundanaw il-European Super League

Aktar kmieni: Kemm il-UEFA kif ukoll il-FIFA ħadu pożizzjoni iebsa kontra t-twaqqif ta’ dak li qed jissejjaħ European Super League, illi oriġinarjament kellu jinkorpora fih 12-il tim.