Il-Kamra tal-Kummerċ ħabbret il-ħatra ta’ Marthese Portelli bħala Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija. Marthese Portelli iggradwat bħala avukat u għandha esperjenza ta’ tmexxija fis-settur tat-teknoloġija.
Hi serviet ukoll bħal Deputat Nazzjonalista għal seba’ snin li matulhom kienet involuta bħala kelliema fuq portafolli importanti fosthom affarijiet ewropej, enerġija, l-ambjent, it-trasport, l-infrastruttura, proġetti kapitali u l-ippjanar.
Wara l-esperjenza parlamentari, Marthese Portelli inħatret Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) u kompliet fil-prattika privata.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ esprimiet il-konvinzjoni li l-esperjenza u l-ħiliet ta’ Marthese Portelli se jwasslu biex tkompli tibni fuq il-legat b’saħħtu u l-viżjoni tal-Kamra għall-ġejjieni f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Hi tibda uffiċjalment fil-kariga mill-1 ta’ Ġunju.
//= $special ?>