Internazzjonali

Missila mis-Sirja tinżel viċin sit nukleari ta’ Iżrael

Save draftPreviewPublishAdd title

Missila għal kontra l-ajruplani li kienet sparata mis-Sirja splodiet f’Dimona, fin-naħa t’isfel ta’ Iżrael u viċin ta’ sit nukleari tal-Iżraeljani. Intant ma rriżultaw l-ebda vittmi jew ħsarat.

Il-militar Iżraeljan qal li l-missila surface-to-air  kienet ‘fost diversi missili li kienu sparati lejn il-qawwiet tal-ajru ta’ Iżrael.’ Intant, il-militar Iżraeljan, fl-aħħar sigħat, attakka lis-siti tad-difiża tas-Sirjani għal kontra l-attakki mill-ajru – bil-kelliema tas-Sirja jgħidu li l-missili laqtu l-madwar ta’ Damasku.

Filwaqt li l-parti kbira tal-missili kienu interċettati, mietu numru ta’ suldati Sirjani f’dak il-bumbardament.

L-aħħar rapporti minn Iżrael  qalu li l-missila li niżlet xi 30 kilometru ‘il bogħod mis-sit nukleari kienet sparata waqt li l-qawwiet tal-ajru Iżraeljani kienu qed jattakkaw in-nofsinar tas-Sirja. Kien żvelat ukoll li s-sistema tad-difiża tal-Iżraeljani għal kontra l-missili naqset milli tinterċetta l-missila tat-tip SA-5.

Il-qawwiet Iżraeljani kemm-il darba jattakkaw miri fis-Sirja li għandhom konnessjoni mal-Iran. Dan meta Iżraael hu determinat li ma jippermettix li l-militar Iranjan jikkonsolida l-preżenza tiegħu fl-artijiet Sirjani.