Futbol Sport

Napoli jegħlbu lil Lazio… Roma miżmuma minn Atalanta

(Ritratt: EPA)

Seba’ gowls f’partita mill-isbaħ b’Napoli jkomplu bis-serje pożittiva fejn telgħu fil-ħames post fil-klassifika bi 63 punt.
Wara li sal-ewwel tnax il-minuta Napoli fetħu vantaġġ doppju l-partita ħadet xejra differenti. Fit-8 minuta foul ta’ Sergei Milinkovic Savic fuq Konstantinos Manolas. Marco di Bello kkonsulta l-VAR. Saffar penalty għal Napoli b’LORENZO INSIGNE jgħeleb lil Pepe Reina. Fit-12 il-minuta kien MATTEO POLITANO li rdoppja minn azzjoni ta’ Dries Mertens.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-53 minuta minn azzjoni ta’ Elseid Hysaj kien mill-ġdid LORENZO INSIGNE li għeleb lil Reina għat 3 – 0 . L-iskor kompla jikber fil-65 minuta meta minn pass ta’ Piotr Zielinski kien DRIES MERTENS li għamel l-iskor 4 – 0 . Fil-71 minuta minn azzjoni ta’ Andreas Pereira kien CIRO IMMOBILE li għeleb lil Meret 4 – 1 . Żewġ minuti wara b’Lazio fuq l-offensiva kien SERGEI MILINKOVIC SAVIC li kompla jnaqqas l-iskor għal 4 – 2 . Fit-80 minuta kien VICTOR OSIMHEN li minn pass ta’ Hirving Losano mill-ġdid għeleb lil Reina għal 5 – 2.

Atalanta kisbu draw importanti ta’ 1-1 kontra Roma. Minkejja li fl-ewwel fażi l-logħob kien maqsum, fis-26 minuta Atalanta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Robin Gosens kien RUSLAN MALINOVSKY li għeleb lil Paul Lopez . Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess bid-differenza li wara ammonizzjoni doppja, fis-69 minuta tkeċċa Robin Gosens għal Atalanta. Roma approfittaw u ħames minuti wara kisbu l-gowl tad-draw.Minn azzjoni ta’ Roger Ibanez kien BRYAN CRISTANTE li għeleb lil Pierluigi Gollini .

It-Tlieta: Verona v Fiorentina 1-2 Ilbieraħ: Milan v Sassuolo 1-2, Genoa v Benevento 2-2, Spezia v Inter 1-1, Crotone v Sampdoria 0-1, Bologna v Torino 1-1, Juventus v Parma 3-1, Udinese v Cagliari 0-1 Illum: Roma v Atalanta 1-1, Napoli v Lazio 5-2