Ekonomija Lokali Turiżmu

Reazzjonijet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista

Proposti konkreti… pass ‘’il quddiem għall-futur tas-settur turistiku… pjan li qed iġib lil kulħadd flimkien… dokument ħolistiku.

Dawn huma biss uħud mill-ewwel reazzjonijiet illi ħargu wara li l-PN preżenta l-pjan tiegħu għat-turiżmu.

Paul Scicluna, Chairperson tal-Gozo Tourism Association jisħaq li dawn huma proposti interessanti ħafna li huma stess ilhom snin twal jipproponu. Anke l-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, Andrew Agius Muscat, laqa’ b’mod tajjeb dwar il-proposti. Huwa qal li dawn il-proposti se jkomplu jsaħħu lis-settur turistiku ta’ pajjiżna.

Pożittiv ukoll Philip Fenech mill-Kamra tan-negozji żgħar u medji fejn sostna li dan huwa dokument ħolistiku ħafna li jħares lejn il-problemi kemm mill-aspett micro kif ukoll ix-xenarju kollu sħiħ. Reuben Buttigieg mill-Assoċjazzjoni tal-Istabilimemti tal-Catering laqa’ dawn il-proposti ġodda li fil-passat kienu jafu bihom iżda qatt ma ngħataw prijorità.

Iain Tonna mill-Assoċjazzjoni tal-Aġenziji tat-Turiżmu qal li għoġbu l-kunċett ta’ 2+8 fejn il-Partit Nazzjonalista qasam dan il-pjan fi tnejn… bl-ewwel wieħed iffukat fuq l-irkupru mill-pandemija u l-ieħor għal pjan fit-tul.

Il-President tal-union li tirraprezanta l-Gwidi, Frans Avendonk qal li huwa ta’ sodisfazzjon li sema’ dawn il-proposti konreti u ddettaljati.

Alan Arrigo, mill-Kamra tal-Kummerċ jikkummenta li dan kien pjan wiesa’ ħafna li jolqot lill-ħafna minflokk lill-ftit setturi biss. Min-naħa tiegħu Julian Zarb mill-Malta Tourism Studies saħaq li dan huwa rapport li verament jista’ jitwettaq bl-għajnuna ta’ kulħadd.