Futbol Sport

Zlatan Ibrahimovic iġedded il-kuntratt ma’ Milan sal-2022

Wara spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu, Zlatan Ibrahimovic ta’ 39 sena, estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Milan sal-2022. B’hekk Ibrahimovic jista’ jsir il-ħames plejer fl-istorja ta’ AC Milan li jkun lagħab magħhom fl-eta’ ta’ 40 sena jew aktar.

Fl-aħħar waqfa internazzjonali Ibrahimovic irritorna wkoll mat-tim Żvediż fl-EURO 2020, fejn se jkun qed jilgħab magħhom ukoll is-sajf li ġej fl-EURO 2020. Wara li s-sena l-oħra Ibrahimovic irritorna ma’ Milan hu rnexxielu jiskorja 25 gowl f’35 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.