Nhar il-Ħadd li ġej, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna se jkun qed jiċċelebra quddiesa mill-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju, Tal-Virtù fid-9.30 ta’ filgħodu fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet.
L-għan ta’ din il-quddies se jkun biex iħeġġu u jakkumpanjaw żgħażagħ u adolexxenti fil-mixja tagħhom lejn l-għarfien tas-sejħa personali li Alla jrid jagħmel lilhom.
Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet 2021, il-Papa Franġisku jfakkarna li anke llum “il-Mulej jixtieq jagħġen qlub ta’ missirijiet, qlub ta’ ommijiet: qlub miftuħa, kapaċi għal inizjattivi kbar, ġenerużi fl-għotja, mimlija ħniena biex ifarrġu fit-tbatija u qawwija biex isaħħu t-tama. Ta’ dan għandhom bżonn is-saċerdozju u l-ħajja kkonsagrata, illum b’mod partikulari, fi żminijiet bħal dawn immarkati minn dgħufijiet u tbatijiet anki minħabba l-pandemija li ġabet magħha inċertezzi u biżgħat dwar il-futur u l-istess sens tal-ħajja.”
Il-quddiesa se tiġi mxandra fuq pjattaformi online fosthom knisja.mt.
//= $special ?>

