Futbol Sport

“Huwa ħażin li l-players kienu se jinżammu responsabbli ta’ dak li seħħ fl-aħħar jiem”- is-Segretarju Ġenerali tal-FIFPRO

Is-Segretarju Ġenerali tal-FIFPRO Jonas Baer-Hofmann qal li huwa moralment ħażin li l-players kienu se jinżammu responsabbli għal dak li seħħ fl-aħħar jiem b’rabta mal-European Super League. Hu qal dan b’reazzjoni għall-kummenti tal-President tal-UEFA li jekk il-players tal-klabbs involuti kienu se jieħdu sehem fil-European Super League dawn ma kienux se jitħallew jilgħabu f’partiti internazzjonali.

“Ħadd ma jrid jara Tazza tad-Dinja mingħajr l-aqwa 500 player fid-dinja”- żied jgħid Baer-Hofmann. Is-Segretarju Ġenerali tal-FIFPRO kompla li dawn il-players huma marbuta b’kuntratt mal-klabbs rispettivi u kienet id-deċiżjoni tal-klabbs li jiffrumaw dan is-Super League fejn il-players kienu se jkunu sfurzati li jinħallu mill-kuntratt tagħhom biex jirrapreżentaw lill-pajjiżhom.