Il-bank Amerikan JP Morgan abbanduna l-proġett tal-European Super league. Dan il-bank kien se jkun l-investitur ewlieni f’dan il-proġett fejn kien se jinvetsi qrib il-ħames biljun ewro.
L-aġenzija tal-kreditu, Standard Ethics naqqset l-credit rating ta’ dan il-bank min E+ għal EE-. Din l-aħbar tasal wara li jumejn ilu, is-sitt timijiet Ingliżi kif ukoll Inter, Milan u Atletico Madrid għażlu li joħorġu mill-European Super League wara protesti kbar mill-partitarji tal-istess clubs. B’konsegwenza ta’ dan kompliet tikber il-pressjoni fuq is-sidien tat-tnax -il klabb li ffirma biex jidħol fil-European Super League, bil-Viċi-Chairman Eżekuttiv ta’ Manchester United Ed Woodward iħabbar li se jirriżenja fl-aħħar tal-istaġun.
Intant, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli naqas milli jiċċara l-pożizzjoni tal-club tiegħu fil-European Super League u tenna li huma kienx se jirriżenja. Il-President tal-European Super League u ta’ Real Madrid Florentino Perez qal li s-Super League mhux vera sfaxxa u li l-clubs biex joħorġu se jkollhom iħallsu multa hekk kif huma kien ffirmaw kuntratt. L-istess qal il-President ta’ Barcelona Joan Laporta fejn qal li s-Super League għadu fis-seħħ u li huwa neċessarju għal dawn il-clubs.
//= $special ?>