Futbol Sport

“Is-Super League mhux se jseħħ mingħajr l-appoġġ tal-partitarji”- Ġurnalist ta’ Sky Sports

Waqt li kien intervistat fil-programm Net Live, il-ġurnalist ewlieni ta’ Sky Sports Aiden Magee stqarr li huwa diffiċli li jseħħ European Super League jew British Super League, għaliex il-partitarji huma kontra dawn iż-żewġ proġetti.

Għalkemm is-sitt clubs Ingliżi ilhom għal diversi snin jippjanaw li joħolqu dan is-Super League, Magee qal li dak li ġara fl-aħħar jiem saħħaħ il-posizzjoni tal-UEFA u tal-FIFA għaliex il-partitarji u s-sewgawċi tal-futbol sempliċiment ma jridux li dan il-kampjonat isir. Magee spjega illi dan kien biss pjan sabiex il-klabbs ewlenin Ewropej, ikollhom introjtu finanzjarju akbar, mingħajr ma jsaħħu il-kompettitivita’ fil-futbol. Minkejja dan il-fatt li l-klabbs ta’ PSG fi Franza, Bayern Munich u Borussia Dortmund fil-Ġermanja, ħarġu kontra din il-proposta, dan kompla jinfluwenza lill-partitarji tal-clubs Ingliżi biex jipprotestaw kontra dan il-proġett.

B’referenza għal dak li qal Florentino Perez, li s-Super League jinsab fuq ‘stanby’, il-ġurnalist ta’ Sky Sports saħaq li s-sidien ta’ dawn il-clubs jinsabu maqtugħin mir-realta’ tal-futbol u mill-partitarji tagħhom, għaliex huwa diffiċli ħafna li proġett bħal dan jseħħ mingħajr l-appoġġ tal-partitarji.