Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li t-tnax il-club li ffurmaw il-European Super League m’humiex se jkunu kkastigati. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iżda ma ċaħadx li fil-futur tista’ tittieħed xi tip ta’ azzjoni fil-konfront ta’ dawn il-clubs hekk kif għalissa l-proġett li tmexxa primarjament mill-President ta’ Real Madrid Florentino Perez u l-President ta’ Juvnetus Andrea Agnelli jidher li sfaxxa.
B’hekk ġew miċħuda għal kollox l-ispekulazzjonijiet, li Real Madrid, Manchester City u Chelsea mhux se jitħallew jipparteċipaw fis-semifinali tal-UEFA Champions League, bil-UEFA qed tipprova tilħaq kompromess mat-tnax-il club involut fil-European Super League.
Intant waqt l-istess laqgħa kien deċiż ukoll li l-istadium ta’ Bilbao u Dublin se jkunu mibdula ma’ dawk ta’ Sevilla u San Pietruburgu hekk kif l-ibliet ta’ Bilbao u Dublin ma ggarantixxewx li se jospitaw il-partitarji.
//= $special ?>