Il-Ministru fl-Uffiċċju ta’ Robert Abela, Carmelo Abela, kompla jattakka lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler. Dan wara li l-Kummissarju sabu ħati ta’ ksur ta’ etika u użu abbużiv ta’ eluf ta’ ewro minn fondi pubbliċi.
“Imma llum forsi ra d-dawl bħal San Pawl fi triqtu lejn Damasku”
Waqt il-programm Xtra fuq TVM, Carmelo Abela ma weġibx għad-domandi li sarulu dwar dak li sab il-Kummissarju għall-Istandards hekk kif sar magħruf li l-Ministru f’Kastilja aġixxa bi ksur tal-etika meta tajjar €7,000 biex jippromwovi lilu nnifsu.
F’ħin minnhom, Carmelo Abela tant spiċċa daru mal-ħajt illi għażel li jattakka lill-eks Prim Ministru ta’ pajjiżna Eddie Fenech Adami. Bil-Partit Laburista jkompli nieżel ‘l isfel fil-kampanja negattiva li qed jadotta kemm ilu Robert Abela Mexxej tal-Lejber.
Din l-attitudni tkompli mas-serje ta’ attakki fuq il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, fejn anki l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield għażel li jattakka lil George Hyzler.
“Hyzler żbilanċjat”, “Dawn xi standards huma?”
S’issa, Carmelo Abela għadu ma raddx lura il-flus li nefaq fil-kampanja ta’ reklamar illi għamel minn fondi pubbliċi.
//= $special ?>