Il-militar tal-Istati Uniti bagħat l-ajruplani biex jgħinu lill-awtoritajiet Indoneżjani fit-tfittxija għal sottomarin li sparixxa bl-ekwipaġġ ta’ 53 membru ‘il hinn mill-kosta ta’ Bali. Il-każ seħħ f’nofs il-ġimgħa u l-awtoritajiet qed jikkalkulaw li fadal biss ‘xi sigħat’ biex isibu s-sottomarin – tat-tip KRI Nanggala 402 – qabel jispiċċa l-ossiġinu għall-ekwipaġġ.
Is-sottomarin kien għeb waqt eżerċizzji u fl-aħħar jiem ma waqfitx it-tfittxija ddisprata għalih. Intant, roqgħa żejt li nstabet fuq wiċċ il-baħar kapaċi tindika li s-sottomarin ġarrab il-‘ħsarat fatali’ minħabba problemi li żviluppawlu f’tank tal-fuel.
//= $special ?>