Lokali

Nar jaħkem binja f’Tal-Pietà; numru ta’ persuni evakwati

Mill-Arkivji

Numru ta’ persuni kienu evakwati wara li nar ħakem laboratorju f’binja li tinsab fi Triq il-Marina f’Tal-Pietà.

Mill-informazzjoni li kiseb Net News jidher li n-nar beda minn heater tal-elettriku.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivil u kif ukoll ambulanza.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga.