Futbol Sport

Tikber il-pressjoni fuq is-sidien tas-sitt timijiet mill-Premier League li daħlu fis-Super League biex jirriżenjaw

L-erbatax il-tim fil-Premier League li ma kienux parti mill-European Super League qed jitolbu lis-sidien tas-sitt clubs involuti f’dan il-proġett biex jirriżenjaw hekk kif m’għadx għandhom fiduċja biex jinnegozjaw magħhom.

Dawn l-erbatax -il tim qed jitolbu biex is-sidien ta’ Arsenal, Man City, Man Utd, Chelsea, Liverpool u Tottenham ‘jagħmlu d-deċiżjoni t-tajba u jirriżenjaw’ hekk kif dawn mhux se jkunu aktar fdati.

Wara li nhar it-Tlieta t-timijiet mill-Premier League nvoluti fis-Super League ddeċidew li jabbandunaw il-proġett, il-Viċi Chairman Eżekuttiv ta’ Man Utd Ed Woodward ħabbar li se jirriżenja b’mod immedjat filwaqt li s-sidien ta’ Liverpool u Arsenal talbu apoloġija pubblika.

Intant wara l-protesta li għamlu l-partitarji Chelsea quddiem Stamford Bridge u dik li għamlu l-partitarji ta’ Man Utd quddiem AON Complex (iċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ Man Utd), illejla għadd ta’ partitarji ta’ Arsenal inġabru quddiem l-Emirates Stadium fejn fost l-oħrajn qed jitolbu r-riżenja tas-sid tal-club Stan Kroenke.