Internazzjonali Lokali

Traġedja oħra fil-baħar Mediterran

Mill-Arkivji

Numru kbir ta’ immigranti jinsabu mitlufa ‘l barra mill-kosta Libjana wara li d-dinghy li kienu fuqu inqaleb. Kollox jindika li din taf tkun traġedja oħra fil-Mediterran, tant li sa issa għadu ma nstab ħadd ħaj.

Skont ekwipaġġ tal-Ocean Viking, fuq id-dinghy kien hemm xejn anqas minn 130 persuna li kienu qed jippruvaw jaqsmu bil-baħar lejn l-Ewropa.

Il-każ jidher li seħħ fil-Grigal ta’ Tripli, f’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena ħafna.

Fiz-zona hemm tliet bastimenti merkantili li qed jgħinu fit-tfittxijiet.