Coronavirus Lokali Saħħa

Voluntiera ta’ St John Ambulance jassistu fl-għoti tal-vaċċin ta’ kontra l-COVID-19


Il-voluntiera ta’ St John Malta laqgħu l-opportunità sabiex jassistu lid-Dipartiment tas-Saħħa fl-għoti tal-vaċċin
kontra l-virus COVID-19.

Dan sar wara li ngħata t-taħriġ u saru l-eżamijiet meħtieġa mit-Taqsima tal- Kontroll talInfezzjonijiet tal-isptar Mater Dei. Il-proċess jinvolvi protokolli stretti sabiex ikun ċert illi l-vaċċin jingħata lill-pubbliku b’mod effettiv. Dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Malta Health Network u SOS Malta wara li t-tlett għaqdiet ħadmu wkoll flimkien waqt l-eżerċizzju importanti tal-contact tracing.

Minbarra l-għoti tal-vaċċin, il-voluntiera ta’ St John Ambulance assistew ukoll fl-organiżżazzjoni tal-pubbliku waqt li
jkunu jistennew fil-kju, ir-reġistrazzjoni tal-membri tal-pubbliku, il-preparazzjonijiet meħtieġa qabel ma jingħata l-vaċċin, kif ukoll il-ħsieb jew il-kura li jkun hemm bżonn sa ħmistax-il minuta wara li jkun ingħata l-vaċċin.

St John Ambulance jħeġġu lill-pubbliku inġenerali sabiex josserva d-direttivi tal-Awtorità tas-Saħħa kif ukoll jattendi
għall-appuntament tal-vaċċin hekk kif mgħoti lilhom. B’dan il-mod inkunu qed nieħdu ħsieb tas-saħħa ta’ xulxin,
inkluż dawk li huma għeżież għalina.