Coronavirus Internazzjonali

Wales tkompli terħi r-restrizzjonijiet tal-Covid-19

Wales mill-ġdid qed tkompli terħi r-restrizzjonijiet hekk kif hemm tama li jimxi kollox kif pjanat, u mhux talli hekk, talli r-restrizzjonijiet se jkunu qed jitneħħew ġimagħtejn qabel imbassar.

Fost il-miżuri li se jitneħħew hemm li issa jistgħu jsiru attivitajiet sportivi ġewwa, kemm għat-tfal u anki għal 15-il adult. Se jinfetħu wkoll iċ-ċentri tal-komunità.

Mis-Sibt, massimu ta’ 6 persuni jistgħu jiltaqgħu barra.

Il-kumplament tal-miżuri msemmija se jitneħħew fit-3 ta’ Mejju.