Futbol Sport

Zinedine Zidane jattakka lil President tal-UEFA Alexander Ceferin

Il-coach ta’ Real Madrid Zinedine Zidane attakka lil President tal-UEFA Alexander Ceferin għar-rimarki li għadda aktar kmieni lbieraħ dwar it-tkeċċija ta’ Real Madrid miċ-Champions League, bil-coach Franċiż jgħidlu li t-tim tiegħu, “għandu d-dritt li jilgħab fiċ-Champions League”.

F’kummenti lil stazzjon Sloven, Ceferin qal li hemm riskju żgħir li t-timjijet ribelli, li kienu parteċipi fis-Super League, jistgħu ma jitħallewx jilgħabu fis-semi finali tal-UEFA Champions Laeague u tal-UEFA Europa League. Dawn il-kummenti jidher li rrabjaw mhux ftit lil Zidane fejn saħaq li fl-aħħar jiem sar ħafna diskors dwar din is-sitwazzjoni, iżda Real Madrid se jkunu qegħdin jitħarrġu u jippreparaw sabiex jilgħabu l-partita tagħhom kontra Chelsea.