Futbol Sport

Alan Grima elett fil-European Handball Federation Court tal-Handball

L-Operations Director tal-Malta Handball Association, Alan Grima kien elett fil-European Handball Federation Court waqt il-15-il kungress organizzat mill-Federazzjoni Ewropeja tal-Handball li sar fi Vjenna fejn għal dan il-kungress kien ukoll akkumpanjat mill-Viċi President tal-Malta Handball Association Ian Psaila.

Waqt din il-kungress, ir-rappreżentatni Maltin kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma għadd ta’ uffiċjali mill-Federazzjoni Ewropeja tal-Handball u anke minn assoċjazzjonijiet oħra fejn fost l-oħrajn iddiskuttew x’jista’ jsir biex il-logħba tal-handball f’pajjiżna tkompli timxi l-quddiem.

Intant il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport Clyde Puli f’messaġġ fuq Facebook feraħ lil Alan Grima għall-irwol il-ġdid tiegħu.