Caitlyn Jenner ħabbret il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni tal-Gvernatur ta’ Kalifornja.
L-eks Atleta Olimpika Amerikana u reality star televiżiva mistennija tikkontesta għall-elezzjoni mal-Partit Repubblikan fl-istat li ġeneralment ixaqleb fil-maġġoranza tiegħu mal-Partit Demokratiku.
Rapporti fil-ġurnali saħqu li Jenner fasslet tim li fih hemm ukoll nies li kienu madwar Donald Trump tul il-Presidenza tiegħu.
Permezz ta’ post fuq Twitter, Jenner sostniet li l-Kalifornjani ħaqqhom aħjar u li persuna bħala li ġejja minn barra x-xena politika – kapaċi toffri dak li jonqosilhom.
L-istat ta’ Kalifornja mhux l-ewwel darba li l-Gvernatur kien ċelebrità wara li l-attur Arnold Schwarzenneger kien rebaħ l-elezzjoni fl-2003 u għamel sal-2011 fit-tmexxija.
Caitlyn Jenner hija deskritta bħala waħda mill-aktar persuni ta’ profil għoli fix-xena tal-ispettaklu li hija transgender – lura fl-2015.
Qabel din it-tranżizzjoni hija kienet miżżewġa lil Kris Jenner fejn kellhom żewġ ulied – Kendall u Kylie.
//= $special ?>