Huma 20 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 30,149.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fortunatament ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-firxa tal-pandemija f’pajjiżna.
Għaldaqstant it-total ta’ vittmi tal-virus fil-Gżejjer Maltin għadhom qed jammontaw għal 412.
Intant il-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 57 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 29,261, bil-każi attivi issa jammontaw għal 476.
Sal-Ġimgħa t-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 98,677.
//= $special ?>