Futbol Sport

“Din ġlieda biex jinqered il-Premier League”- Arsene Wenger

L-eks coach ta’ Arsenal Arsene Wenger qal li kull pajjiż fl-Ewropa joħlom li jeqred il-Premier League hekk kif kien qed jitkellem dwar il-propost tal-European Super League.

Wenger qal li hu ħassu sorpriż kif it-timijiet Ingliżi ngħaqdu mat-timijiet l-oħra Ewropej biex ikunu kompliċi f’kampjonat li kien se jeqred il-Premier League. “Ma nistgħax nifhem kif l-Ingilterra vvutat favur BREXIT u fl-istess waqt il-clubs tal-Premier League ssieħbu ma’ clubs Ewropej oħra biex jinħoloq is-Super League”, sostna l-eks coach ta’ Arsenal.

Il-Franċiż ta’ 71 sena qal li hija mpossibli li timijiet mill-Premier League jilgħabu fis-Super League u fl-istess ħin jilgħabu fil-kampjonat domestiku. Wenger faħħar lill-players u lill-partitarji li ħarġu bl-aktar mod voċiferu kontra l-proposta tal-European Super League.

Fil-passat, Arsene Wenger kien preveda li fil-futur tista’ tinħoloq xi kompetizzjoni simili tal-European Super League hekk kif is-sidien tal-clubs hekk imsejjħa kbar kienu qed jaraw tnaqqis fl-intorjtu finanzjarju tagħhom.