Għadd ta’ partitarji ta’ Manchester United inġabru quddiem Old Trafford sabiex jipprotestaw kontra t-tmexxija tal-club u l-familja tal-Glazers wara d-deċiżjoni li jdaħħlu lit-tim fil-European Super League.

Fl-aħħar jiem għadd ta’ partitarji ħarġu jipprotestaw kontra t-tmexxija tal-club rispettiv tagħhom wara d-deċiżjoni li jidħlu fil-European Super League, bil-maġġoranza tal-partitarji jitolbu għar-riżenja tas-sidien tal-club. Il-Viċi-Chairman Eżekuttiv ta’ Manchester United Ed Woodward diġa ħabbar li se jirriżenja ftit jiem wara li tħabbar li Manchester United flimkien mal-ħames clubs l-oħra tal-Premier League ddeċidew li joħorġu mis-Super League.