Ronnie O’Sullivan kien eliminat mill-World Snooker Championship wara li kien megħlub minn Anthony McGill 13-12 f’partita kumbattuta.
O’Sullivan irnexxielu jirbaħ ħames frames konsekuttivi biex irnexxielu jmur fil-vantaġġ 11-10 kif ukoll kien 12-11 fil-vantaġġ. Iżda break tajjeb ta’ McGill sforza decider fejn fl-aħħar frame Sullivan wettaq żball li swielu l-partita.
Fi tmiem il-partita, O’ Sullivan qal li l-avversarju tiegħu kien ħaqqu jirbaħ il-konfront hekk kif is-sena li għaddiet McGill kien eliminat fis-semifinali. Bl-eliminazzjoni tiegħu mill-World Championship li qed isir fi Crucible, O’Sullivan jonqsu biss titlu wieħed sabiex jilħaq ir-rekord ta’ Stephen Hendry li rebaħ din il-kompetizzjoni seba’ darbiet.
//= $special ?>