Internazzjonali

Ryan Giggs akkużat li hedded u ħebb għal żewġ nisa

Fit-28 ta’ April mistenni jitressaq quddiem Qorti f’Manchester, l-ex Plejer ta’ Manchester United u kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol ta’ Wales, Ryan Giggs.

Dan wara li fost oħrajn ġie akkużat li ħebb għal żewġ nisa kif ukoll li heddidhom.

Giggs qed jiġi akkużat li f’Novembru darab mara li għandha fuq it-tletin sena fir-residenza tiegħu f’Worsley, fi Greater Manchester.

Kelliema għal Prosekuzzjoni sostnew li wara li raw ix-xhieda li taw iż-żewġ vittmi fir-rapport li għamlu mal-Pulizija ma kien għad fadlilhom ebda pass x’jagħmlu ħlief li jieħdu passi kriminali fil-konfront tal- ex winger ta’ Manchester United.

Ryan Giggs kien diġà ġie arrestat lura f’Novembru fejn kelu jitlef l-impenji tat-tim nazzjonali ta’ Wales – b’issa it-tim nazzjonali qiegħed inevitabbilment jixħet diversi dubji jekk l-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Wales tkomplix tafda t-tmun f’idejn Giggs jew le.