Lokali

Somalu arrestat b’rabta ma’ serq minn vetturi

Ħidma mill-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun, assistiti mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit, waslet għall-arrest ta’ raġel ieħor b’rabta ma’ serq minn vetturi f’Ħal Għaxaq. 

Kmieni is-Sibt filgħodu, għall-ħabta tas-01:45, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm żewġt irġiel suspettużi fi Triq il-Qattus, Ħal Għaxaq. 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn bdiet tfittxija fl-inħawi għalihom. Ftit wara nnutaw wieħed mill-persuni li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ġiet mgħoddija lill-pulizija, fi Triq Ġużeppi Gravina, Ħal Għaxaq. Ir-raġel, Somalu ta’ 22 sena ġie arrestat immedjatament. 

Huwa ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana għal aktar stħarriġ. 

B’rabta ma’ każijiet simili ta’ serq minn vetturi f’Ħal Għaxaq u Ħaż-Żebbuġ, żewġt irġiel ta’ 45 u 49 sena, tressqu l-Qorti lbieraħ.