Nies fin-negozju jridu li l-Gvern joħroġ vouchers li jistgħu jintefqu fil-ħwienet tagħhom qabel ma jqassam dawk li jistgħu jissarfu f’lukandi u ristoranti.
Il-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber of SME’s, Abigail Mamo stqarret mat-Times illi dawn ma jistgħux jistennew aktar, u għandhom bżonn jirkupraw mit-telf li ġarrbu f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Ħwienet mhux essenzjali bħall-barbiera, ħwienet tas-sbuħija, ħwienet tal-ħwejjeġ u tal-fjuri fost l-oħrajn ser jiftħu mill-ġdid nhar it-Tnejn li ġej. Abigail Mamo sostniet li dawn il-ħwienet ilhom diversi jiem jistennew li jerġgħu jiftħu mill-ġdid u għandhom bżonn dawn il-vouchers sabiex iżidu fil-bejgħ.
Qalet ukoll illi jkun ideali li d-distribuzzjoni tal-vouchers tinferex biex jinħoloq impatt ekonomiku itwal… bin-nies l-ewwel jużaw il-vouchers għall-ħwienet umbagħad, aktar tard, dawk tar-ristoranti, ….minflok f’daqqa.
Dawn il-vouchers, kellhom jingħataw f’Jannar li għadda iżda ġew posposti minħabba żieda qawwija fil-każi ta’ Covid-19. Għalkemm s’issa, il-Gvern għadu ma stqarrx meta ser ikunu qed jingħataw il-vouchers.
Il-Ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni tal-istabbillimenti tal-catering kienet infurmata li dawn il-vouchers ser jingħataw biss wara li jinfetħu mill-ġdid ir-restaurants u l-caffetterias, iżda minkejja kollox ma ġiet stabbilita ebda data meta ser isir dan.
//= $special ?>