Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Julian Spiteri

Bosta qraba u ħbieb inġabru quddiem il-Kappella tal-Università sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Julian Spiteri, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard, li l-Ħadd li għadda l-mewt tiegħu xxokkjat lill-Gżejjer Maltin.

Dan wara li ż-żagħżugħ tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-inħawi tar-Rabat, b’diversi persuni jibku t-telfa bikrija tiegħu.

Bosta ġeddew il-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali fejn iddeskrivewh bħala persuna b’qalb tad-deheb, dejjem bi tbissima fuq fommu, u dejjem lest sabiex jgħin lil ta’ madwaru.

Numru ta’ żgħażagħ però saħqu li fil-verità huwa impossibli li jesprimu l-vojt li ħalla warajh, vojt li ċertament se jkunu qed jimlewh bil-memorji sbieħ li ħalla lil kull min iltaqa’ miegħu.