Lokali

Video mużikali ġdid għall-kanzunetta ‘Lil Binti’

Ritratt: Darrin Zammit Lupi

Għadu kemm tnieda l-video mużikali ta’ ‘Lil Binti’, is-silta parteċipanta f’Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija tal-kantawtur, Mark Spiteri Lucas. Jidher li din il-mużika ħalliet impatt kbir, tant li daħlet fil-Klassifika tal-Aqwa 20 f’Malta u ndaqqet aktar minn 3,000 darba fuq  Spotify, u ntweriet aktar minn 6,000 darba fuq YouTube.

Spiteri Lucas kiteb kemm il-kliem kif ukoll il-mużika b’arranġament mużikali ta’ Andrew Zammit, u arranġament mużikali għall-orkestra minn Maestro Joe Brown.

Din il-kanzunetta wasslet lil Spiteri Lucas biex jieħu d-deċiżjoni li jirritorna fix-xena tal-mużika lokali bħala kantawtur u għaldaqstant xtaq li jibda billi jkompli jagħti l-ħajja ‘l din il-kanzunetta permezz ta’ video mużikali, miġbud kollu ġewwa l-Cavalieri Art Hotel ta’ San Ġiljan bi produzzjoni ta’ Marlon Polidano, li serva wkoll bħala direttur artistiku flimkien ma’ Ludwig Galea.

“Kien ta’ pjaċir kbir mhux biss li nikteb u nkanta din il-kanzunetta iżda li nħalli memorja viżiva, tanġibbli lil binti Greta, biex meta għada pitgħada ma nkunx hawn, hi tiftakar fil-ħin kollu li qattgħajna flimkien,” qal Spiteri Lucas. “Lil Binti kienet l-imbuttatura li kelli bżonn bħala artist, bl-idea li naqsam aktar materjal oriġinali fix-xhur li ġejjin.”

Il-video ta’ ‘Lil Binti’ fil-link t’hawn taħt:

https://youtu.be/08PLfFt4nqs