Wara biss staġun wieħed fiċ-Championship, Watford irritornaw fil-Premier League wara li f’Vicarage Road għelbu lil Millwall 1-0, bil-gowl tal-Hornets ikun skorjat minn Ismail Sarr permezz ta’ penalty.
Dan l-istaġun taħt it-tmexxija tal-coach Spanjol Xisco Munoz Watford u Norwich se jkunu ż-żewġ clubs promossi awtomatikament wara li kienu relegati t-tnejn li huma fl-istaġun li għadda. Munoz sar ir-raba’ coach Spanjol li rnexxielu jikseb il-promozzjoni wara Roberto Martinez, Aitor Karanka u Rafa Benitez.
//= $special ?>