Carmelo Abela, il-Ministru f’Kastilja, m’għandu l-ebda intenzjoni li jirriżenja u qed jinsisti illi f’għajnejn in-nies huwa persuna tajba.
Dan qalu l-Ministru innifsu f’intervista li kellu mat-Torċa fejn tul l-istess intervista ssokta l-attakk fil-konfront tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, hekk kif tenna li qed issir fabbrikazzjoni ta’ gideb sfaċċat. Huwa qal ukoll li dan l-attakk huwa kkordinat sew min-nies li suppost qed jirrapreżentaw lill-poplu Malti b’Carmelo Abela ma jwieġeb xejn għall-kundanna li kellu fuq il-mod illi bih tajjar €7,000 mill-fondi pubblici biex għamel kampanja partiġġjana ta’ reklamar.
Din l-istqarrija tkompli mas-serje ta’ attakki mill-Ministru fl-uffiċċju ta’ Robert Abela, hekk kif fl-aħħar jiem Carmelo Abela ma żammx lura li jmur fuq ix-xandir Nazzjonali u jattakka lill-Kummissarrju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler.
“Imma llum forsi ra d-dawl bħal San Pawl fi triqtu lejn Damasku”
F’waqtiet, Carmelo Abela tant intilef fl-attakki …illi sahansitra għażel li jattakka lill-eks Prim Ministru ta’ pajjiżna Eddie Fenech Adami. Bil-Partit Laburista jkompli nieżel ‘l isfel fil-kampanja negattiva li qed jaddotta kemm ilu Robert Abela Mexxej tal-Lejber.
S’issa, Carmelo Abela għadu ma raddx lura il-flus li nefaq fil-kampanja ta’ reklamar illi għamel minn fondi pubbliċi.
//= $special ?>