L-Għaqda mhux Governattiva, The ‘Grow 10 Trees’ Project laħqu ftehim mad-Dar tal-Kleru, li tinsab f’Birkirkara, fejn se jkunu qed jużaw żona mill-istess post biex fuq il-ħames snin li ġejjin jibnu serra u jibdew ikattru l-pjanti biex finalment joħolqu ġnien botaniku. F’dan il-ġnien hemm previst li jkun hemm mal-kważi 60 speċi differenti ta’ siġar lokali.
L-iskop ta’ dan il-proġett hu li eventwalment, il-pjanti li jitkabbru f’din is-serra jintużaw għall-edukazzjoni u studju simili.
L-għaqda mhux governattiva qed titlob għal kull persuna li tista’ tgħin f’dan il-proġett, fosthom fil-bini tas-serra u kamra għall-għodda, il-bini tal-istrutturi u għajnuna fejn jidħol it-tkabbir tal-pjanti u s-siġar. Huma qed jitolbu wkoll għall-għajnuna finanzjarja biex dan il-proġett finalment ikun ta’ suċċess.



