Futbol Sport

“Hija diffiċli nifhmu dak li għamlu l-kollegi tagħna fl-ECA”- Aki Riihilahti, Viċi-Chairman tal-European Clubs Association

F’intervistà esklussiva fuq il-programm Replay, il-Viċi Chairman tal-European Clubs Association Aki Riihilahti qal li ma jistax jifhem dak li għamlu l-kollegi tiegħu fl-ECA. Iċ-Chairman tal-ECA Andrea Agnelli, kien wieħed mill-fundaturi ewlenin tal-European Super League.

Aki Riihilahti li huwa wkoll eks-player fil-Premier League ma’ Crystal Palace qal li l-partitarji lagħbu rwol importanti kif ukoll id-diskussjonijiet li l-UEFA żammet mas-sitt clubs Ingliżi hekk kif dawn kienu tal-ewwel li ddeċiedew li joħorġu mis-Super League. Hu żied jgħid li l-kollass wara ftit sigħat ta’ dan il-kampjonat wera wkoll kemm il-fundaturi ma kienux preparati. Aki qal li kien sorpriż li t-tnax -il club li ddeċidiew li jiffirumaw is-Super League f’perjodu tant diffiċli madwar id-dinja kawża tal-pandemija tal-COVID-19.

Riihilahti li llum jokkupa wkoll l-kariga ta’ CEO tat-tim ta’ HJK Helsinki, qal li fil-futur irid ikun hemm diskussjonijiet bejn il-clubs li ffurmaw il-European Super League u l-UEFA sabiex tinstab soluzzjoni u fil-futur ma jerġax ikun hemm sitwazzjoni simili.

Meta kien mistoqsi mill-preżentatur Christian Micallef, jekk jarax futur fil-futbol għal nies bħal Andrea Agnelli u Florentino Perez li kienu l-imħuħ dwar il-European Super League, Riihilahti kien kawt fit-tweġiba tiegħu iżda qal li kemm il-UEFA kif ukoll il-FIFA jridu jagħmlu l-partijiet tagħhom hekk kif dawn iż-żewġ istitutzzjonijiet mhux biss huma r-regolaturi tal-futbol iżda wkoll huma istitutzzjoni kummerċjali li jridu jassiguraw li l-flus li jdaħħlu jitqassmu b’mod ġust mal-clubs kollha fl-Ewropa.