Futbol Sport

Inter b’vantaġġ ta’ ħdax-il punt f’ras il-klassifika… Juventus miżmuma minn Fiorentina

Inter kisbu rebħa minima iżda importanti, meta f’darhom għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fis-76 minuta meta minn pass ta’ Achraf Hakimi, kien id-difensur MATTEO DARMIAN li xeħet ġewwa u ta r-rebħa importanti lil Inter. B’hekk Inter fetħu vantaġġ ta’ ħdax-il punt f’ras il-klassifika u komlew jersqu viċin ir-rebħ tas-Serie A, hekk kif fadal biss sitt partiti sabiex jintemm il-kampjonat.

Juventus kienu miżmuma barra minn darhom kontra Firorentina bl-iskor ta’ 1-1. Fiorentina marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta inagħtaw penalty wara li Adrien Rabiot deher imiss l-ballun b’idu. Mill-ħdax-il metru DUSAN VLAHOVIC ma żbaljax għal 1-0. Madanakollu Juventus kisbu l-gowl tad-draw fis-46 minuta meta minn pass preċiż ta’ Juan Cuadrado, kien ALVARO MORATA li xeħet ġewwa għal skor finali ta’ 1-1.

Udinese kisbu rebħa importanti barra minn darhom kontra Benevento bl-iskor ta’ 4-2 biex ikkonsolidaw posthom f’nofs il-klassifika. Udinese marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fir-raba’ minuta kien NAHUE MOLINA li wara azzjoni ta’ Rodrygo De Paul xeħet ġewwa għal 1-0. Udinese rdoppjaw fil-31 minuta permezz ta’ TOLGY ARSLAN wara pass ta’ Roberto Pereyra. Biex żewġ minuti wara Benevento naqqsu d-distakk meta Gianluca Lapadula kien mwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax il-metru NICOLAS VIOLA xeħet ġewwa għal 2-1. Madanakollu Udinese għamluwhom 3-1 fid-49 minuta meta minn cross ta’ Rodrygo De Paul kien JENS STRYGER li bir-ras tefa’ ġewwa. Udinese skorjaw ir-raba’ gowl fit-73 minuta meta JAYDEN BRAAF ikknokluda fil-lasta fuq pass għal darb’oħra ta’ Rodrygo De Paul.Benevento skorjaw gowl ieħor ta’ konsolazzjoni fit-83 minuta meta minn cross ta’ Artur Ionita kien GIANLUCA LAPADULA li tefa’ ġewwa.

Rebħa importanti għal Cagliari fit-taqtiegħa biex iżommu posthom fis-serie A fejn minkejja li għadhom it-tielet mill-aħħar laħqu lil Torino u Benevento b’31 punt. Telfa oħra għal Roma fejn ilhom għal bosta ġimgħat komdi fis-7 post b’55 punt. Wara biss erba’ minuti, Cagliari marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Joao Pedro b’ CHARALAMBOS LYKOGIANNIS jgħeleb lil Pau Lopez. Minkejja żvantaġġ bikri, kienu Roma li għal ħinijiet twal iddettaw u meritatament fis-27 minuta kisbu l-gowl tad-draw b’ CARLES PEREZ jgħeleb lil Guglielmo Vicario. Mill-1 – 1 tal-ewwel taqsima kienu Cagliari li fetħu fuq l-offensiva fejn fil-57 minuta minn azzjoni ta’ Simeone, RAZVAN MARIN għeleb lil Lopez. Fl-64 minuta vantaġġ doppju għal Cagliario meta minn pass ta’ Marin kien JOAO PEDRO li għamel l-iskor 3 – 1 . Roma rritaljaw b’gowl ta’ FEDERICO FAZIO fid-69 minuta minn azzjoni ta’ Carles Perez. Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita.

Tkompli s-serje pożittiva ta’ Atalanta b’rebħa kbira fuq Bologna li mmaturat fit-tieni taqsima. Rebħa li permezz tagħha, Atalanta telgħu fit-tieni post fil-klassifika bi 68 punt.Fit-22 minuta kien RUSLAN MALINOVSKI li minn azzjoni ta’ Luis Muriel għeleb lil Skorupski biex poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ. Minkejja reazzjoni minn Bologna, minuta minn tmiem l-ewwel taqsima Atalanta rduppjaw. Danilo ġibed fil-kaxxa lil Cristian Romero. Michael Fabbri saffar penalty – mgħoti u skurjat minn LUIS MURIEL .

Fid-49 minuta foul ta’ Jerdy Schouten fuq Romero b’Fabbri jkeċċi lil Schouten. Atalanta approfittaw tant li tmien minuti wara kien REMO FREULER li għamel l-iskor 3 – 0 . Fid-59 minuta pass ta’ Malinovski lejn DUVAN ZAPATA li ma falliex għall-4 – 0 . Bil-partita magħluqa fit-73 minuta minn azzjoni ta’ Joakim Maehle kien MIRANCHUK li għamel l-iskor finali 5 – 0 għall-Atalanta.

Ilbieraħ Genoa v Spezia 2-0, Parma v Crotone 3-4, Sassuolo v Sampdoria 1-0 Illum
Benevento v Udinese 2-4, Fiorentina v Juventus 1-1, Inter v Verona 1-0, Cagliari v Roma 3-2
Atalanta v Bologna 5-0 Għada Torino v Napoli 6.30pm, Lazio v Milan 8.45pm