Il-Gvern għadu sa issa bla pjan ta’ irkupru għall-COVID-19…dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela waqt li indirizza konferenza il-Ħadd filgħodu meta ħadna lura lejn Ġunju li għadda …
Il-Prim Ministru stqarr li mill-10 ta’ Mejju, preċiżament minn l-għada ta’ Jum l-Omm, ser ikun jista’ jibda jsir taħriġ ta’ sport professjonali, jitkompla sport mingħajr kuntatt, duttrina u monti.
Dan filwaqt li ristoranti u snack bars ser jinfetħu biss sal-5 ta’ waranofsinhar u b’massimu ta’ 4 persuni ma’ kull mejda.
Ser jitneħħew ukoll il-miżuri ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex
Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti nidiet il-kampanja ‘Save our Restaurants’… kampanja bl-għan li jitwassal il-messaġġ li r-ristoranti ma jistgħux jibqgħu aktar magħluqa.
U minkejja li l-MHRA qed titlob lill-Gvern sabiex jiftaħ ir-ristoranti mill-aktar fis possibli bħalma ser jinfetħu negozji u ħwienet oħra mit-Tnejn minħabba l-fatt li r-ristoranti kienu uħud mill-aktar li ġew affettwati ekonomikament minħabba l-pandemija tal-Covid-19… il-Prim Ministru ħaseb li jkun biżżejjed jekk dawn ikunu miftuħa biss għall-ikla ta’ nofsinhar…b’reazzjoni dwar dan l-MHRA stqarret li dan mhux ħa jkun ta’ għajnuna għall-maġġoranza tar-ristoranti u talbet lill-Gvern biex ir-ristoranti ikunu jistgħu jitħallew iservu ukoll l-ikla ta’ filgħaxija.
Dan minbarra li sidien ta’ gyms, bars u każini għadhom fil-għama dwar meta ser ikunu qed jinfetħu in-negozji tagħhom… dan minkejja l-kliem li qal il-Prim Ministru ‘Ma ħallejna lil ħadd waħdu’
Il-Prim Ministru baqa’ wkoll ma semmix meta ser ikunu qed jitqassmu il-vouchers.. vouchers li suppost kellhom jitqassmu aktar kmieni din is-sena iżda ġew posposti minħabba żieda fil-każi.
Intant, fuq il-midja soċjali diversi kienu dawk li kkumentaw kontra l-fatt li r-ristoranti ser ikunu qed jiftħu sal-5pm. Fost dawn kien hemm il-Kap tal-Istazzjon tal-Partit Laburista Jason Micallef li stqarr kif ironikament il-virus jista’ jgħeb wara l-5pm.
