L-unika soluzzjoni li l-Gvern qed jagħti fil-kwistjoni tal-pitkalija hi waħda li se tkun qed tagħti daqqa ta’ ħarta lill-bdiewa.
Net News tkellem mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar, Edwin Vassallo fejn spjegalna iktar dwar din is-sitwazzjoni.
Dan kollu wara li kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-pitkala u l-Gvern, fejn minn hemmhekk l-Assoċjazzjoni tal-Pitkala waqfet taħdem u ilha b’din l-azzjoni għal xahar sħiħ. Dan qed iwassal biex il-bdiewa qed ikollhom imorru huma stess ibiegħu l-prodotti tagħhom b’riżultat li mhux ikollhom biżżejjed ħin fl-għelieqi.
Kien għalhekk li Edwin Vassallo appella lill-Gvern biex jieħu azzjoni li ma tħallix riperkussjonijiet.

