Meta ninsabu anqas minn 100 ġurnata mill-ftuħ tal-Olimpijadi, fil-velodromu ta’ Izu , 150 kilometru mill-punent ta’ Tokyo saret il-prova uffiċjali taċ-ċikliżmu fit-track. Tiddomina l-velodromu Izu il-muntanja Fuji bil-motto uffiċjali għal kompetizzjoni jkun ‘ Ready – Steady – Tokyo’ . Preżenti għat test event f’Izu il-President tal-Kumitat Organizattiv tal-Olimpijadi Seiko Hashimoto li hija wkoll eks champion olimpika fiċ-ċikliżmu. B’kollox saru sitt kategoriji li fosthom l-individwali u kategorija tat-timijiet. Bid-differenza li għal kompetizzjoni ma kien hemm ebda spettaturi filwaqt li ċ-ċiklisti kienu kollha mill-Ġappun. Jumejn ilu fi tlett reġjuni kif wkoll f’Tokjo kien dikjarat stat ta’ emergenza b’rabta maż-żieda ta’ każijiet pożittivi tal-coronavirus.
//= $special ?>Isiru l-provi taċ-ċikliżmu bi preparazzjoni għall-Olimpjadi f’Tokyo
25 ta' April 2021

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES