Sport Sport Ieħor

Kamaru Usman jwaqqaf lil Jorge Masvidal fit-tieni round

Kamaru Usman rnexxielu jwaqqaf lil Jorge Masvidal fit-tieni round b’K/O biex b’hekk żamm it-titlu tiegħu tal-undisputed welterweight title, fl-avveniment tal-UFC 261 fi Florida, l-Istati Uniti.

F’Jacksonville, ‘il fuq minn 15,000 spettatur attendew għal din il-ġlieda bejn Usman u Masvidal, wara li fl-ewwel ġlieda bejnithom f’UFC 251 kien ukoll Usman li ħareġ rebbieħ wara ħames rounds.

B’din ir-rebħa Usman estenda ir-rekord tiegħu fil-UFC b’19-il rebħa, fejn sofra biss telfa waħda, b’erbatax il-rebħa konsekuttiva. Fil-kummenti ta’ wara l-ġlieda Usman qal li fadallu fejn jista’ jitjieb, filwaqt li saħaq li huwa l-aqwa ġellied fil-UFC bħalissa.